Barranin
ARA: Jisplodu l-binja lussuża li kien jgħix fiha Pablo Escobar

L-awtoritajiet Kolombjani splodew binja ta’ tmien sulari f’Medellin, li fiha kien jgħix ħajja lussuża Pablo Escobar, magħruf bħala r-re tal-kokaina.

Escobar kiseb fama bħala wieħed mill-ikbar traffikanti tal-kokaina mill-pajjiżi tal-Amerika Latina, fejn fil-quċċata tan-negozju tiegħu huwa stmat li kien iforni mat-80% tal-kokaina kollha li kienet tidħol fl-Istati Uniti, bi qligħ ta’ $21.9 biljun fis-sena.

Huwa nqatel fl-1993, meta kellu 44 sena, f’operazzjoni konġunta bejn l-awtoritajiet Amerikani u Kolombjani.

Minflok il-binja ta’ Escobar mistenni jsir ġnien li jfakkar il-memorja tal-vittmi li ħalla tul is-snin tmenin u disgħin, li kienu jinkludu erba’ kandidati Presidenzjali u 500 pulizija.

Il-binja ġiet demolita waqt ċerimonja uffiċjali li għaliha attendew l-ogħla awtoritajiet tal-pajjiż u folla ta’ nies, uħud minnhom qraba ta’ nies li nqatlu minn Escobar. It-tiġrif tal-binja kien segwit miċ-ċapċip, għajjat ta’ ferħ u dmugħ ta’ dawk preżenti.

Il-filmat juri l-binja tisplodi waqt iċ-ċerimonja, kif ukoll filmati antiki ta’ Escobar jiġi intervistat, u l-katavru ta’ Escobar ftit wara li nqatel.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

X’se jsemmuha lit-tarbija l-Prinċep Harry u martu Meghan?  L-ex attriċi tinsab lejn l-aħħar tat-tqala u l-kumpaniji tal-imħatri bħalissa għaddejjin b’furur dwar l-isem, is-sess, il-piż, id-data u l-post fejn se titwieled…

Barranin

Michel Temer, ex president tal-Brażil ġie arrestat f’Sao Paulo wara investigazzjoni biex tinkixef il-korruzzjoni. Temer ġie maħtur president f’Awwissu tal-2016 wara l-mozzjoni għat-tkeċċija ta’ Dilma Rousseff. F’postu ġie maħtur Jair…

Barranin

Il-katavri fuq il-muntanja Everest mhumiex xi ħaġa ġdida, tant li numru ta’ katavri saru bħal monumenti, u għal żmien twil intużaw biex min jitla’ l-muntanja jkun jaf fejn wasal. Fl-aħħar…

Barranin

Il-kumpanija tal-ħwejjeġ NEXT qalet li jekk Brexit jibqa’ mingħajr l-ebda ftehim, il-ħwejjeġ li tipproduċi jafu jorħsu. NEXT qalet li jaf tiffranka £15m b’tariffi orħos u bis-saħħa t’hekk, jispiċċa jgawdi wkoll il-konsumatur…

Aktar