Lokali
ARA: Jistgħu jsiru tiġijiet?

Is-Supretendet tas-Saħħa Charmaine Gauci qalet li mill-pjan tagħhom hemm estimu li t-tiġijiet jistgħu jibdew isiru mill-1 ta’ Ġunju bil-miżuri ta’ mitigazzjoni.

Spjegat li koppja tista’ tistieden nies skont kemm hu kbir il-post. Qalet li ma jistax ikun hemm aktar minn persuna waħda għal kull erba’ metri kwadri. Qalet li f’post ġewwa jista’ jkun hemm massimu sa 100 ruħ waqt li barra sa 300 ruħ.

Kompliet tgħid li t-tiġijiet se jsegwu l-protokolli tar-ristoranti fejn bars u buffets mhux permissibbli.

Qalet li l-maskri xorta jridu jintlibsu.