Kurżitajiet
ARA: Jistieden ruħu b’idejh f’Venezja u jispiċċa mkeċċi

L-artist anonimu Banksy reġa’ għamel waħda minn tiegħu hekk kif din id-darba, stieden ruħu b’idejh għall-akbar wirja artistika fid-dinja.

L-artist rama’ l-aħħar xogħol artistiku tiegħu fit-toroq ta’ Venezja u jidher li ma tantx niżel tajjeb mal-awtoritajiet hekk kif bħas-soltu, l-arti tiegħu wasslet messaġġ ċar li jniggeż.

Fl-opra li ħoloq, Banksy qiegħed jiġbed saqajn l-awtoritajiet tat-turiżmu li, mhux qed jaħdmu biex jissalvagwardjaw lil Venezja, u qed jaraw biss sal-ponta ta’ mneħirhom, bil-kummerċ tal-cruise liners itappan l-isbuħija tal-belt unika, meqjusa wkoll bħala wirt mondjali.

Minkejja li l-Biennale f’Venezja hija waħda mill-akbar u l-aktar avvenimenti prestiġġjużi tal-arti, l-artist ribelli qatt ma ġie mistieden jattendi.

Din l-opra tal-arti, impittra biż-żjut fuq it-tila, hija msemmija ”Venice in oil” u qed tagħamel referenza diretta għall-fatt li l-belt tinsab mgħarrqa fiż-żjut tal-vapuri l-kbar.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Għat-tielet ġurnata infila, iċ-Ċina ħabbret tnaqqis f’każijiet ġodda ta’ infezzjonijiet mill-coronavirus. L-awtoritajiet irrapportaw 2,009 każi ġodda u 142 mewt fil-pajjiż. Aktar kmieni din il-ġimgħa kien hemm żieda fil-każi ġodda wara…

Barranin

Il-Qatar miexi biex jistabilixxi rekord ġdid bħala l-iżgħar pajjiż li qatt organizza t-tazza tad-dinja, anke jekk il-klima sħuna tal-Qatar u l-fatt li m’għandux tradizzjoni kbira tal-futbol jagħmlu din il-missjoni iktar…

Mużika

Mill-Eurovision Song Contest li għadda ‘l hawn, Michela Pace ħadmet qatigħ, bil-għan li tkompli timraħ fix-xena mużikali. U, proprju f’Jum San Valentinu, frott l-għadd ta’ sagrifiċċji li Michela għamlet, il-kantanta…

Barranin

Filmat miġbud taħt il-baħar juri xena kommoventi ta’ għaddasa Taljani li għenu kelb il-baħar kbir fil-Maldivi. L-għaddasa kienu qegħdin viċin il-gżira Fuvahmulah, meta ltaqgħu ma’ whale shark ta’ madwar 4…

Aktar