Kronaka
ARA: Jitfa’ l-petrol u jqabbad karozza f’Ħaż-Żabbar

F’vidjo li qed jiċċirkola fuq il-midja soċjali, raġel jidher iwaddab il-petrol fuq karozza u jġibha ħuġġieġa nar.

Kelliema għall-Pulizija ikkonfermat ma’ tvm.com.mt li l-każ seħħ il-Ħadd fit-tlieta neqsin kwart ta’ waranofsinhar, fi Triq id-Dejqa f’Ħaż-Żabbar.

Qaltilna li inqala’ argument bejn xi persuni, b’wieħed minnhom iqabbad il-karozza tal-oħrajn. Il-karozza hija tat-tip Kia Picanto.

Intant ikkonfermat magħna li l-Pulizija żammew tliet irġiel biex jgħinuha fl-investigazzjonijiet, raġel ta’ 54 minn Marsaskala, u żewġ żgħażagħ ta’ 17 u 18-il sena. Ikkonfermat li wieħed minn dawn kien dak li ħaraq il-karozza.

Aħbarijiet Oħra
Ikel

Il-Ministru tat-Turiżmu Julia Farrugia Portelli qalet li l-industrija tat-turiżmu evolviet minn waħda msejsa fuq l-għoti tas-servizzi bażiċi għat-tkattir tal-industrija b’aċċenn fuq il-kwalità. Waqt li inawgurat is-seminar tar-rivista speċjalizzata tal-ospitalità Horeca…

Lokali

Xogħol grupp ta’ ħaddiema ta’ entità governattiva hu f’ambjent mistkerraħ minn ħafna . . . taħt l-art . . . fis-sistemi minn fejn jgħaddi d-drenaġġ tar-residenzi u l-industrija. Dan l-ambjent…

Lokali

L-ex Chairman tal-Aworità għas-Servizzi Finanzjarji, il-Professur Joe Bannister, xehed quddiem l-inkjesta pubblika dwar il-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia. Il-Professur Bannister qal fi snin li għamel bħala Chairman tal-MFSA qatt ma…

Aktar