Kronaka
ARA: Jitfa’ qmis fil-qalziet u jitlaq ‘il barra mill-ħanut

Filmat li ttella’ fuq il-midja soċjali juri raġel jisraq qmis minn ħanut tal-ħwejjeġ fi Pjazza Antoine De Paule, f’Raħal Ġdid.

Ir-raġel jidher jidħol fil-ħanut, iniżżel il-qmis mill-ixkaffa, u jdawwarha f’idejh, qabel ma jħares madwaru u jaħbiha taħt il-qalziet u l-flokk tiegħu, qabel jitlaq ‘il barra.

Id-direttur tal-ħanut qal li l-qmis kienet tiswa €70, u minkejja li l-allarm daqq meta dan ħareġ mill-bieb, il-ħaddiema ma laħqux qabduh. Qal li l-filmat għaddieh lill-Pulizija.

Aħbarijiet Oħra
Droga

L-Aġenziji li jaħdmu mal-vittmi tad-droga fosthom is-Sedqa u l-Caritas huma tal-fehma li l-użu rikreattiv tal-kannabis m’għandux ikun promoss għax ikattar il-kultura favur l-abbuż tad-droga. Din il-fehma intweriet waqt il-programm Dissett…

Partit Nazzjonalista

Il-President tal-Kunsill Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista Kristy Debono qalet fi stqarrija li sabet li 84 mill-200 firma fil-petizzjoni li titlob biex jitlaqqa’ l-Kunsill Ġenerali biex jiddiskuti l-ġejjieni tal-Kap tal-Partit Nazzjonalista huma…

Lokali

Ta’ tnax-il sena sofriet diżabilità minħabba mard u wara ħafna snin ta’ żwieġ kellha tifel bil-kundizzjoni down syndrome. Minkejja l-isfidi, Lorraine Pellicano tgħid li Thomas berkilha ħajjitha u ħerqana li…

Lokali

Meqjusa fost l-ewwel tobba f’Malta li bdiet taħdem bla heda mal-vittmi tad-droga, ħidmet it-tabiba Maria Sciberras tfakkret f’konferenza f’għeluq il-25 sena mit-twaqqif tal-Aġenzija Sedqa u fil-jum internazzjonali kontra l-abbuż u…

Aktar