Barranin
ARA: Jitilfu ħajjithom 17 wara li nqelbu 2 dgħajjes fiċ-Ċina

17-il persuna mietu wara li żewġ dgħajjes li nqelbu fi Xmara fil-belt ta’ Guilin, fiċ-Ċina, li tinsab fin-nofsinhar tar-reġjun ta’ Guangxi Zhuang. L-inċident seħħ waqt sessjoni ta’ taħriġ. Fuq iż-żewġ dgħajjes kien hemm 50 persuna, b’40 minnhom jirnexxielhom jiġu salvati.

Rapport fil-midja Ċiniża qalu li b’kollox, aktar minn 200 persuna kienu msejħa fuq il-post sabiex jgħinu fit-tfittxija għal dawk mitlufa. B’kollox l-operazzjoni ta’ salvataġġ damet mad-disa sigħat.

L-awtoritajiet f’Guilin qalu li s-sessjoni ta’ taħriġ kienet organizzata mir-residenti ta’ Dunmu, mingħajr ma avżaw lill-pulizija minn qabel. Tnejn mill-organizzaturi qed jinżammu arrestati.

Aħbarijiet Oħra
Xjenza

Riċerka ġdida qed tindika li mill-inqas nofs it-tbajja tad-demm li hemm fuq il-Liżar ta’ Kristu li jinsab f’Turin aktarx li huma foloz.  Jidher li huma biss ftit li huma kumpatibbli…

Annimali

Kelba li ma riditx tgħum, ġiet sfurzata taqbeż fil-baħar minn sidha.  Dan billi rabatilha ġebla m’għonqha u tefagħha fil-baħar.  Dan il-każ ta’ moħqrija tal-annimali seħħ f’Valderice, fi Trapani, Sqallija. Il-kelba…

Barranin

Miġemgħa ta’ raħlin fl-Indoneżja qatlu xejn inqas minn 292 kukkudrill bi tpattija, wara li raġel mill-villaġġ tagħhom inqatel minn kukkudrill. Il-kukkudrilli kienu qed jitrabbew f’razzett li kellu liċenzja apposta, u…

Aktar