Lokali
AĠĠORNAT: Il-PN, il-PL u l-PD jirreaġixxu għar-rapporti dwar il-kumpanija 17 Black

Il-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia qal wara r-rapport li ġie ppublikat minn Reuters u The Times of Malta, il-Prim Ministru Joseph Muscat għandu għażla ċara – li jew jiddefendi lil Malta jew jibqa’ jiddefendi lill-aktar tnejn min-nies viċin tiegħu.

Waqt konferenza tal-aħbarijiet fid-Dar Ċentrali, Dr Delia qal li l-aħħar storja li titratta l-kumpanija 17 Black kompliet tnaffar ir-reputazzjoni ta’ Malta. Żied li l-Prim Ministru m’hu jagħmel xejn dwar dan.

Dr Delia qal li l-Prim Ministru m’għandux triq oħra ħlief li jneħħi immedjatament lill-Ministru Konrad Mizzi u liċ-Chief of Staff Keith Schembri u jekk le, l-Oppożizzjoni mhux se tibqa’ siekta u lanqas se tieqaf hawn.

Ir-reazzjoni tal-Partit Laburista

U fi stqarrija b’reazzjoni, il-Partit Laburista qal li l-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia qed jitlob għar-riżenji meta fl-istess nifs kien hu stess li ddikjara li mhux qed jgħid li kien hemm xi ħadd li xaħħam lil xi ħadd.

Il-Partit Laburista qal li ma jistax jifhem kif Dr Delia qal ukoll li mhux qed jieħu vanġelu dak irrappurtat u saħansitra żied jgħamilha ċara li rrefera għal dak irrapportat bħala allegazzjonijiet.

Intqal ukoll li biex forsi jibda jkun kredibbli, Dr Delia għandu jitlob investigazzjonijiet dwar l-allegazzjonijiet serji li hemm fil-konfront ta’ wieħed mill-MEPs tiegħu u l-allegazzjonijiet li kienu saru dwaru minn Daphne Caruana Galizia.

Ir-reazzjoni tal-Partit Demokratiku

Intant, il-Partit Demokratiku qal fi stqarrija li jeħtieġ li ssir investigazzjoni mmedjata u dettaljata mill-Pulizija dwar l-allegazzjonijiet li ħarġu dwar sid il-kumpanija 17 Black.

Qalu li is-saltna tad-dritt u s-sistema politika therriet għal kollox minħabba kompromessi li jsiru bejn entitajiet u politiċi irresponsabbli.

Ara wkoll:

17 Black hija tal-imprenditur Yorgen Fenech – jirrappurtaw ir-Reuters u The Times of Malta

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Il-Prim Ministru Joseph Muscat indirizza l-forum dinji fejn ħabbar li għaxar operaturi tal-kannabis mediċinali kienu approvati mill-Malta Enterprise u anke se japplikaw mal-Awtorità tal-Mediċini biex jingħataw liċenzja. Dr Muscat qal…

Lokali

Riesqa lejn l-aħħar il-Presidenza ta’ Marie-Louise Coleiro Preca, bil-President Marie Louise Coliero Preca tiddeskrivi l-poplu Malti bħala wieħed ġeneruż li jaf jogħla ‘l fuq mill-argumenti u jingħaqad flimkien biex jesprimi…

Lokali

Il-Kunsill tal-Maltin li Jgħixu Barra minn Malta beda jiltaqa’ f’Malta u qed jiddiskuti proposti biex isaħħaħ il-vuċi tal-Maltin imferxa f’diversi komunitajiet madwar id-dinja. Fil-ftuħ tal-laqgħa, il-Ministru Carmelo Abela qal li…

Aktar