Barranin
ARA: Jitlef familtu fit-traġedja u jistaqsi għala ħadd ma wissieh bil-periklu

Giuseppe u bintu Asia huma l-uniċi membri tal-familja Giordano li salvaw mit-traġedja li laqtet Casteldaccia f’Palermo.

Giuseppe qal li l-ilmijiet bit-tajn għerrqulu d-dar li kien qed jikri f’temp ta’ sekondi. Huwa b’qalb maqsuma rrakkonta kif l-aħħar li ra lil ibnu ta’ 15-il sena kien qiegħed qed jipprova jipproteġi lil oħtu – tarbija ta’ sena.

Giuseppe rrakkonta kif l-ilmijiet mix-xmara Milicia u t-tajn daħlu b’tant saħħa fid-dar li ma tawx ċans lil familtu tirreaġixxi. Hu qal li spiċċa tkaxkar ‘il barra mid-dar bl-ilmijiet fejn b’miraklu qabad ma’ siġra u dam aktar minn sagħtejn jgħajjat għall-għajnuna.

Il-familja kienu miġbura flimkien fid-dar biex jippranzaw.

L-awtoritajiet qegħdin jinvestigaw jekk id-dar kinitx mibnija llegalment viċin ix-xmara. Skont is-sindku ta’ Casteldaccia, Giovanni Di Giacinto, ir-residenza kienet inbniet illegalment iżda l-propjetarju, fl-2008 kien appella kontra t-twaqqigħ tad-dar. Giuseppe mbikkem jistaqsi għalfejn ħadd mill-awtoritajiet ma wissewh qabel bil-periklu li r-residenza kienet tinsab fiha.

Giuseppe tilef 9 membri tal-familja – martu u tnejn minn uliedu, il-ġenituri tiegħu u ħutu.

Asia skansat il-mewt għaliex insertat marret tixtri xi ħelu ma’ zijuha ftit tal-ħin qabel ma laqtithom it-traġedja.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Evakwazzjoni drammatika ta’ iktar minn 1,300 passiġġier minn cruise-liner li waqaf ħesrem ‘il barra mill-kosta Norveġiża lbieraħ. Il-cruise liner MV Viking Sky inqabad f’baħar imqalleb u riħ qawwi. B’kollox madwar…

Brexit

Aktar ma jmur aktar qed tiżdied il-pressjoni fuq il-Prim Ministru Ingliż Theresa May. Dan hekk kif qed jingħad li jista’ jirnexxilha tikseb aktar appoġġ fuq il-ftehim tagħha dwar Brexit jekk…

Barranin

Madwar 1,300 passiġġieri qed jiġu evakwati minn fuq vapur tal-cruises ‘il barra mill-kosta tal-punent tan-Norveġja. Il-Pulizija Norveġiża qalet li l-vapur kellu problemi fil-magna u għalhekk dawk kollha abbord qed jittellgħu…

Barranin

Anzjani fil-Kanada kellhom iktar minn sempliċi indiġestjoni wara ikla fiċ-ċentru tal-komunità tagħhom f’Whitestone. Uħud mill-anzjani kellhom jingħataw assistenza medika meta bdew iħossuhom storduti jew bdew jirremettu. Mill-investigazzjonijiet ħareġ li l-anzjani kienu…

Aktar