Toroq
ARA: Jitlesta x-xogħol fi Triq Reġjonali

Infrastructure Malta ħabbret li tlestew ix-xogħlijiet fi Triq Reġjonali u l-junctions ta’ madwarha.

Ix-xogħol kien jinkludi l-bini mill-ġdid tat-triq arterjali mill-mini tal-Qroqq sal-mini ta’ Santa Venera, iż-żieda ta’ żewġ korsiji f’parti minn din it-triq u l-bini mill-ġdid tas-seba’ junctions li jmissu magħha. L-aġenzija bniet mill-ġdid ukoll il-pont fuq Triq il-Wied tal-Imsida u tejbet il-crash barriers bejn iż-żewġ karreġġjati.

Fi stqarrija Infrastructure Malta qalet li f’parti ta’ Triq Reġjonali kienu jseħħu medja ta’ ħabta fil-ġimgħa, li kważi nofshom kienu gravi. Ħafna mill-inċidenti seħħew fil-junction li tgħaqqad Triq il-Wied tal-Imsida, Triq il-Ferrovija l-Antika (Birkirkara) u Triq il-Kappillan Mifsud (Santa Venera) mal-karreġġjata tat-tramuntana ta’ Triq Reġjonali.

Infrastructure Malta qalet li bidlet din il-junction f’korsija li tingħaqad direttament mal-korsija tat-tramuntana ta’ Triq Reġjonali, biex jonqsu r-riskji ta’ inċidenti u l-ħin tal-ivvjaġġar. Meta tkun f’din il-junction issa m’hemmx għalfejn taqbeż minn korsija għal oħra biex tidħol fi Triq Reġjonali.

Aktar il-fuq fil-karreġġjata tat-tramuntana, il-korsija ġdida qed tnaqqas ukoll id-dewmien għall-ħruġ minn Triq Reġjonali għall-Bypass ta’ Birkirkara (Triq Dun Karm Psaila), l-Università ta’ Malta u l-Isptar Mater Dei.

Fid-direzzjoni opposta, mit-tieni korsija ġdida fi Triq Reġjonali l-vetturi li jkunu ġejjin mir-rampa li tgħaqqad ir-roundabout f’Tal-Qroqq (fejn hemm l-iskatepark) mal-karreġġjata tan-nofsinhar issa jistgu jibqgħu sejrin dritt lejn Santa Venera.

Aħbarijiet Oħra
Kultura

Ftit jiem qabel il-festa ta’ kuluri, spettaklu u bluha li joffri l-Karnival, il-Prim Ministru Robert Abela żar uħud mill-parteċipanti li qed jagħmlu l-aħħar tħejjijiet fuq il-karrijiet tagħhom taħt it-tinda fil-Marsa….

Lokali

Il-Kummissarju tat-Taxxi Interni, Marvin Gaerty, qal li kull persuna u kumpanija f’Malta li nkixfu mill-Panama Papers u Swiss Leaks, qegħdin jiġu investigati u għalkemm diġà nġabru aktar minn €100 miljun…

Kronaka

L-Erbgħa filgħodu, fl-iskola sekondarja tar-Rabat Għawdex, tliet studenti subien kellhom jittieħdu l-isptar minħabba li belgħu xi pilloli tal-irqad. Qal dan fi stqarrija l-Ministeru għall-Edukazzjoni, fejn qal li kienu l-istudenti stess…

Ekonomija u Finanzi

Il-Kamra tal-Kummerċ, l-Industrija u l-Intrapriża proponiet numru ta’ miżuri kif fil-fehma tagħha l-ekonomija Maltija tista’ tkompli tikber b’mod sostenibbli b’rispett lejn l-ambjent u l-kwalità tal-ħajja. Ir-rakkomandazzjonijiet inġabru f’dokument li joffri…

Aktar