Toroq
ARA: Jitlesta x-xogħol fi Triq tal-Balal

Tlesta x-xogħol fi Triq tal-Balal, li fost oħrajn kien jinkludi t-twessiegħ minn żewġ karreġġjati għal erbgħa, waqt li żdiedu faċilitajiet oħra, fosthom bankina li tgħaqqad lin-Naxxar ma’ San Ġwann.

Waqt l-inawgurazzjoni, il-Ministru għall-Infrastruttura Ian Borg qal li minn din it-Triq jgħaddu 3,000 persuna fis-siegħa, li sa qabel beda l-proġett kienu jdumu 25 minuta jistennew fit-traffiku.

Dr Borg qal li l-proġett indirizza s-sigurtà fit-triq, fosthom bl-installazzjoni ta’ 129 tabella u crash barriers, li qal huma xjentifikament ippruvati li jnaqqsu l-impatt f’inċidenti.