Reliġjon
ARA: Jitolbu l-maħfra t’Alla għall-mixja tal-LGBTIQ li se ssir għada

Membri tal-għaqda Nisranija Pro Malta Christiana llejla nġabru quddiem it-Teatru Rjal u qalu r-rużarju biex, fi kliemhom, jitolbu l-maħfra t’Alla għall-Pride March li se ssir għada fil-Belt.

Fi stqarrija l-għaqda qalet li tingħaqad ma’ dak li qal il-Papa Ġwanni Pawlu II fis-sena 2000, meta wera sogħba li f’Ruma kienet se ssir l-ewwel “parata tal-kobor omosesswali”, b’insult għas-sena tal-Ġublew il-Kbir.

L-għaqda fakkret li l-Papa kien qal li l-atti omosesswali jmorru kontra l-liġi naturali, u tenniet li l-Knisja ma tistax tibqa siekta fuq dik li l-għaqda tiddeskrivi bħala l-verità, għax inkella tkun qed tfalli fil-missjoni tagħha li tiddistingwi bejn it-tajjeb u l-ħażin.

L-għaqda ċaħdet li l-membri tagħha huma motivati minn mibegħda lejn persuni omosesswali, li waqgħu f’dak li l-għaqda temmen li huwa dnub minħabba d-djgħufija tagħhom.

Finalment l-għaqda appellat ukoll biex ikun irrispettat id-dritt tal-libertà reliġjuża, wara li qalet li l-membri tagħha kienu vittmi ta’ theddid minn attivisti tal-LGBTIQ u membri tax-xellug estrem.

Il-Knisja Kattolika f’Malta diġà ddisassoċjat ruħha minn din l-għaqda u l-attivitajiet tagħha.

Aħbarijiet Oħra
Toroq

It-tliet proġetti, li jinkludu t-tieni fażi tal-Marsa Junction Project fl-intersection taċ-Ċimiterju tal-Addolorata, it-twessigħ tal-Marsa-Ħamrun bypass u l-bini mill-ġdid ta’ partijiet minn Triq Diċembru 13 u l-parti ta’ fuq ta’ Triq Aldo Moro, qed jitlestew…

Kultura

Grupp ta’ 40 żgħażagħ u tfal mill-parroċċa tal-Madonna tas-Sacro Cuor f’Tas-Sliema s-Sibt se jtellgħu dramm għall-okkażjoni tal-festi taċ-ċentinarju ta’ din il-parroċċa. Dan id-dramm jirrakkonta l-istorja ta’ din il-parroċċa. Ġrajjiet imġedda…

Ġurnali

L-Orizzont Fl-ewwel paġna tal-Orizzont insibu ritratt b’rabta mal-54 anniversarju ta’ Malta Indipendenti. Insibu wkoll rapport dwar il-messaġġ tal-Arċisqof Charles J Scicluna waqt il-quddiesa tal-Indipendenza fejn appella għal iktar solidarjetà f’pajjiżna…

Aktar