Kurżitajiet
ARA: Jittama li jirbaħ kompetizzjoni tal-kant bix-xebh mal-PM Kanadiż

Kantant Afgan spiċċa kiseb il-fama waqt kompetizzjoni tal-kant bid-dehra tiegħu.

Abdul Salam Maftoon, li jaqla’ l-ħobża ta’ kuljum billi jkanta fit-tiġijiet u l-festini, huwa fula maqsuma mal-Prim Ministru Kanadiż, Justin Trudeau.

Adbul Salam jgħix f’Badakhshan, pajjiż fqir u mbiegħed u qatt ma kien sema’ b’Justin Trudeau wisq anqas min hu.

Iżda malli tela’ fuq il-palk ta’ Afghan Star, membru tal-ġurija kien pront jikkummenta biex xebh bejn il-kantant u l-PM Kanadiż.

Maftoon qed jittama li x-xebh tiegħu mal-PM Kanadiż, li ġie meqjus wieħed mill-isbaħ mexxejja fid-dinja, tiksiblu aktar voti u fama f’din il-verżjoni Afgana ta’ American Idol.

Maftoon jemmen li ċ-ċans li jirbaħ issa żdiedlu b’50% u jittama li bis-saħħa t’hekk isir finanzjarjament aktar komdu biex jgħajjex lil martu u l-erba’ wliedu.

Il-kantant lissen ix-xewqa li jixtieq jiltaqa’ ma’ Trudeau.

 

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Xjentisti fl-Istati Uniti jemmnu li sabu kura għall-virus li jikkawża r-riħ u viruses oħra li jixbħuh u li jistgħu jikkawżaw paraliżi. Għall-kuntrarju tal-perċezzjoni li teżisti, sal-lum ma teżistix kura għar-riħ,…

Barranin

Kien wieħed minn dawk il-mumenti rari fejn qtugħ fil-provvista tad-dawl intlaqa’ miċ-ċapċip ta’ dawk preżenti. Quddiesa ta’ żwieġ f’Palermo, fi Sqallija, imxiet ħarir, u fi tmiemha ċ-ċelebrant ta l-barka lill-kongregazzjoni…

Kurżitajiet

Missier, ibnu u t-tfajla tiegħu jistgħu jgħodduha b’waħda hekk kif ġew salvati bit-traskuraġni ta’ ħaddieħor. Curtis Whitson flimkien ma’ ibnu u t-tfajla tiegħu ddeċidew iqattgħu xi jiem jesploraw ix-xmara Arroyo…

Barranin

Żagħżugħ li jaħdem f’pompa tal-petrol f’Milan qed ikun meqjus eroj wara li salva tifel ta’ 5 snin li waqa’ minn gallarija fit-tieni sular. Angel Micael Vargas Fernandez, li huwa mill-Arġentina…

Aktar