Barranin
ARA: Jittrafikaw id-droga fil-frott

Il-Pulizija Spanjola u Portugiża sabu ftit iktar minn 750 kilo kokaina moħbija fl-ananas (pineapples) friski. B’rabta ma’ din is-sejba, ġew arrestati disa’ membri ta’ grupp kriminali li kienu qed jittraffikaw id-droga bil-baħar mill-Panama.

Dan il-grupp huwa mmexxi minn żewġt aħwa Kolumbjani, li għandhom laboratorji qrib Madrid, fejn l-ananas jimtlew bid-droga.

Il-Pulizija taż-żewġ pajjiżi ġirien kienu ilhom għaddejjin bl-investigazzjonijiet minn April tas-sena l-oħra. L-ananas mimlija bil-kokaina nstabu f’għadd ta’ kontejners u minbarra d-droga, ġew sekwestrati aktar minn €400,000 fi flus kontanti u apparat ieħor li ntuża biex id-droga ġiet ippakkjata fil-frotta.

Aħbarijiet Oħra
Kurżitajiet

Ingliża kellha triplets minkejja li kienet qed tieħu pillola li suppost kellha tkun kontraċettiv.  Hannah Donaghue ta’ 29 sena minn Northampton bdiet tieħu dawn il-pilloli 8 snin ilu wara li…

Barranin

Kulħadd xortih fid-dinja u jidher li l-qattus ta’ Karl Lagerfeld għandu xorti tajba. Chiupette għandu ċans li jiret mal-€172 miljun wara li sidu miet ilbieraħ fl-età ta’ 85 sena. Waqt…

Barranin

Jiftaħ uffiċjalment illum is-summit fil-Vatikan dwar il-prevenzjoni tal-abbużi sesswali fuq it-tfal, b’isqfijiet minn madwar 130 pajjiż. Din il-laqgħa għolja qed titqies bħala sforz ewlieni xprunat mill-Papa Frangisku biex tkun indirizzata…

Barranin

Shamima Begum, li ngħaqdet mal-grupp li jsejjaħ lilu nnifsu Stat Iżlamiku fis-Sirja meta kellha ħmistax-il sena, tilfet iċ-ċittadinanza tar-Renju Unit. L-avukat tal-familja Begum, qal li l-familja hija diżappuntata bid-deċiżjoni u…

Aktar