NGOs
ARA: Jixtiequ jmorru lura d-dar biex igawdu l-familja

Il-membri tal-forzi tal-ordni u l-emerġenza għandhom xogħol iebes u perikoluż, iżda fi tmiem il-jum, bħal kulħadd, ikunu jixtiequ jmorru lura d-dar qawwijin u sħaħ biex igawdu l-ħajja mal-familji tagħhom.

Dan huwa messaġġ li twassal permezz ta’ filmat maħdum mill-Blue Light Foundation, u li xxandar illum fil-jum tat-twaqqif uffiċjali ta’ din il-fondazzjoni.

Il-fondazzjoni twaqqfet minn membri tal-forzi tal-ordni wara l-inċident ikrah li kważi ħasad il-ħajja tal-Kuntistabbli Simon Schembri, wara li żagħżugħ saq għal fuqu u baqa’ jkaxkru taħt il-karozza.

Fl-inċident, li fih iż-żagħżugħ qed ikun akkużat b’attentat ta’ qtil, Schembri tilef parti minn driegħu, minbarra kumplikazzjonijiet oħra serji li għadda minnhom.

L-iskop tal-fondazzjoni huwa li tagħti appoġġ lill-membri tal-Pulizija, tal-Forzi Armati, tal-Protezzjoni Ċivili, tal-Emerġenza, u l-gwardjani tal-ħabs, li jweġġgħu waqt il-qadi ta’ dmirijiethom.

The Simon Schembri Blue Light Foundation

Finally, our launch day has arrived. Enjoy our latest promotional video. Thanks to all those who helped us in any way possible. Credits:Make upMariella MuscatLogoElvio BriffaMusic Augusto CardinaliVoice OverEmmanuel CauchiVideography & Video EditingKurt CauchiVisual DirectorJoseph Fava

Gepostet von Simon Schembri Blue Light Foundation am Montag, 15. Oktober 2018

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Ilbieraħ filgħaxija l-GRTU qalet li xi membri tagħha li ssieħbu fi ftehim esklussiv ta’ franchising mal-Enemed ġew mhedda minn uffiċjali tal-kumpanija li jekk jieħdu sehem fl-azzjonijiet ikun hemm riperkussjonijiet fuqhom….

Lokali

Il-President Marie Louise Coleiro Preca bdiet żjara statali fit-Turkija. Akkumpanjata mill-Ministri Carmelo Abela, Chris Cardona, Konrad Mizzi, Joe Mizzi u s-Segretarju Parlamentari Chris Agius, il-President qed tmexxi delegazzjoni tan-negozju magħmula…

Aktar