Lokali
ARA: Jixwi l-laħam taħt il-bonnet tal-Alfa

Qatt ħsibt li tista tixwi biċċa laħam taħt bonnett ta’ karozza?

Fuq xi xtajta, fuq il-bejt tad-dar jew f’post miftuħ – BBQ fis-sajf tkun qed tistennih! Aaron Pisani hu iffissat fuq il-karozzi Alfa Romeo. Minnhom għandu tnax. Saħansitra fl-inventiva tiegħu, karozza Alfa li kienet tajba biss għall-iskrap sab użu għaliha biex jibqa’ jgawidha. Biddilha f’BBQ fuq żewġ roti.

Aaron Pisani qal li “kellimt ħabib tiegħi għidtlu x’ħa nagħmlu biha, qalli dil-karozza mhi xejn, la liċenzja, la number plate..u għidtlu għandi pjan għaliha u f’għaxar minuti ġibta fi tnejn, qbadt chaser u qsamta fi tnejn u f’kemm ili nghidlek dawwartha f’BBQ”.

Aaron spjega kif żarma kollox mill-parti ta’ quddiem tal-karozza.

Aaron Pisani qak li “kelli jneħħi kollox minħabba is-sħana, qaxxarta sandblasted, għamilt żebgħa tiflah ħafna għas-sħana. Xtaqt nagħmilha biex nirmunkaha warajja biex noħodha fejn irrid. Inwaqqafa biex ngħaddiha minn passaġġi għamilt il-grilja tniżżel u titla’ eletric.”

Aaron qal li l-passjoni tiegħu għal Alfa Romeo bdiet meta għalaq 18-il sena u kellu l-ewwel karozza. Mhux kuntent biss li għamel waħda BBQ! Issa għandu proġetti oħra jberrnu f’rasu.

Aaron Pisani qal li “bħalissa qed nagħmel proġett ieħor – alfa camper. Jinfetaħ min-nofs biss, jiġi rmunkat, ġewwa jorqdu żewġ min-nies u jistgħu jorqdu fuq is-saqaf ukoll, ġejja tinda oħra fuq is-saqaf tingħalaq u tinfetaħ. Ħa jkun bis-sistema tal-ilma u tal-gass, issajjar fiha jekk trid u ħa nagħmillha solar panel ukoll. ‘Il quddiem għandi proġett ieħor forsi nagħmel dj deck”.

L-Alfagrill, kif isejħilha Aaron, juża l-aktar biex jixwi biċċa laħam għal sħabu dilletanti tal-karozzi.

Aħbarijiet Oħra
Għawdex

F’Għawdex tnieda servizz ta’ emerġenza ġdid għall-pubbliku li se jopera wara l-ħinijiet tal-uffiċċju, fi tmiem il-ġimgħa kif ukoll fil-btajjel pubbliċi. Dan is-servizz, li beda fuq inizjattiva tal-fergħa Għawdxija tal-Fondazzjoni għal…

Annimali

F’dan iż-żmien tas-sena ħafna jsibu ħin biex jagħmlu atti ta’ imħabba jew solidarjetà mal-oħrajn. Artista Franċiża li tgħix Malta ddeċidiet li ttella’ wirja b’pitturi biex bil-flus li tiġbor mill-bejgħ tagħhom,…

Mużika

Il-kunċert tal-President għas-Sena l-Ġdida se jżomm mat-tradizzjoni u jsir fl-Epifanija fis-6 ta’ Jannar f’Dar il-Mediterran għall-konferenzi l-Belt. Il-kunċert b’kollaborazzjoni ma’ Festival Malta u l-Orkestra Filarmonika ta’ Malta se jsir b’risq…

Kronaka

L-awtoritajiet tal-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin qed jinvestigaw il-mewt ta’ priġunier Malti ta’ 26 sena li nstab mejjet. Television Malta jinsab infurmat li l-priġunier neħħa ħajtu. Fi stqarrija maħruġa mill-Faċilità Korrettiva…

Aktar