Ambjent
ARA: Jixxabbat fil-ħmieġ biex jiġbor dak li rema ħaddieħor

Il-kuxjenza dwar il-ħsara li l-plastik jagħmel lill-ħlejjaq tal-baħar żdiedet, u ħafna qed joqgħodu iktar attenti minn qabel x’iħallu warajhom meta jmorru l-baħar.

Iżda għajr għal xi għaqdiet u attivisti ambjentali li jorganizzaw tindif regolari, ftit huma dawk li lesti jieħdu l-iskariġġ li jiġbru l-iskart li jarmi ħaddieħor, speċjalment minn post maħmuġ.

Dan huwa iżda proprju dak li għamel dan l-għawwiem f’Birżebbuġa, li lemaħ bċejjeċ tal-plastik fil-baħar u mar jiġborhom, anki jekk f’din ir-roqgħa baħar kien hemm il-ħmieġ li nġarr ‘il ġewwa bil-kurrent.

Il-filmat ittieħed minn persuna li nzertat fl-istess post viċin il-pixxina tal-waterpolo, u ttella’ fuq il-midja soċjali bil-għan li iktar nies jieħdu l-eżempju ta’ dan il-proxxmu, li b’ġest żgħir irnexxielu jagħmel differenza.

Filmat: Jesmond Fava

Aħbarijiet Oħra
Ekonomija u Finanzi

Fi stqarrija, il-bank HSBC qal li se jkun qed inaqqas l-impjieg ta’ 180 ħaddiem bi skema volontarja ta’ irtirar. Il-bank qal li din l-iskema se tiswa mal- €160 miljun u…

Lokali

Żewġ Maltin li qegħdin fuq btala f’Hong Kong spiċċaw maqbuda fl-irvellijiet li għaddejjin bla heda f’dan il-pajjiż. Lawrence Attard tkellem ma’ TVM, eżatt wara li rnexxielu jaħrab minn protesta vjolenti…

Lokali

Il-vjolenza domestika ħafna drabi nassoċjawha man-nisa, iżda fl-ewwel sitt xhur ta’ din is-sena, fost il-vittmi ta’ vjolenza domestika li talbu l-għajnuna tal-Appoġġ, kien hemm ukoll 44 raġel. Waqt il-programm Insights…

Aktar