Televiżjoni u Radju
Ara: Jixxabbtu u jsuqu gass mal-pjanċa b’koordinazzjoni liema bħalha

Addijo t-tniġġis tal-arja u l-petrol. F’dal-każ, iżda, forsi dak li jkun jagħlaq għajn waħda hekk kif quddiem spettaklu riskjuż ta’ din ix-xorta ma jagħtikx li ma titpaxxiex.

Fl-aħħar ħin, waqt ‘Malta’s Got Talent’ għadu kif ixxandar filmat spettakolari tat-trio li jfassal il-grupp Team Maximum Lock. Filmat, li fih it-tlett irġiel jagħmlu kull xorta ta’ moviment bil-karozzi f’Ħal Far.

Jispikka l-fatt, fost l-oħrajn, li t-tliet membri tal-grupp jafdaw lil xulxin b’għajnejhom magħluqa.

Tista’ tivvota għal Team Maximum Lock fuq 50614402.