Kurżitajiet
AĠĠORNAT: Jiżfen qalb it-traffiku fil-Junction tal-Marsa

Waqt li t-traffiku normalment huwa l-kawża ta’ frustrazzjoni kbira għax-xufiera, jidher li dan ma jaffettwax lil kulħadd b’mod negattiv.

Dan hekk kif f’filmat li qed jiċċirkola fuq il-midja soċjali dalgħodu, raġel ħareġ mill-karozza tiegħu, u rħielha jiżfen fil-Junction tal-Marsa.

Fil-filmat hu jidher jiżfen għad-daqqa ta’ kanzunetta, fejn żgur mhux forsi, ta pjaċir lix-xufiera li bħalu, kienu maqbuda fit-traffiku fil-Marsa.

Il-persuna li ġibed il-filmat qal lil tvm.com.mt li hu u sħabu, li huma mir-Renju Unit, kienu fi triqthom biex itellqu bil-karozzi f’Ħal Far, meta weħlu fit-traffiku, u qabadhom l-aptit li jiżfnu mad-diska li ndaqqet fuq ir-radju.

Filmat: Luke Stevenson

Intant, il-grupp wasal Ħal Far fejn jidher li l-muża għaż-żfin ma mititx bit-traffiku, tant li fost it-tisfir u ċ-ċapċip ta’ dawk preżenti, hu ħareġ jiżfen fuq it-trakka f’Ħal Far.

Filmat: Paul Jackson

Aħbarijiet Oħra
Saħħa

Il-ħajt għoli tal-Isptar Mater Dei ma qatax qalb tal-10 membri tal-iscouts tal-Mosta u tifla ta’ sitt snin li xxabbtu miegħu f’attività tal-abseiling li ġiet organizzata biex tagħti sorpriża lit-tfal morda…

Kisbiet

Iċ-Chairperson tal-Kummissjoni għad-Drittijiet tal-Persuni b’Diżabbiltà, Oliver Scicluna, u l-kumpanija Camilleri & Cuschieri Consulting Engineers, huma r-rebbieħa tal-Premju Monsinjur Mikiel Azzopardi għal din is-sena. Ir-rebbieħa tħabbru minn Fr Martin Micallef, Direttur…

Kronaka

Żewġ persuni ttieħdu l-Isptar Mater Dei, u oħrajn il-policlinic ta’ Ħal Kirkop, wara li għall-ħabta tat-tlieta ta’ wara nofsinhar, seħħet ħabta bejn ħames karozzi f’Ħal Luqa. Karozza tat-tip Ford Escort…

Politika

L-eks Chief of Staff Keith Schembri ssejjaħ fil-kwartieri ġenerali tal-Pulizija llum waranofsinhar, b’rabta mal-investigazzjoni fl-impjieg finta ta’ Melvin Theuma, l-intermedjarju fil-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia. Theuma xehed fil-Qorti li kien…

Aktar