Kultura
ARA: Joħolqu atmosfera ta’ festa b’marċi brijużi minn fuq il-bejt

Minkejja li l-attivitajiet tal-baned fil-festi tħassru kollha minħabba l-Covid-19, l-Għaqda Mużikali Imperial kienet fost baned oħra madwar Malta u Għawdex li baqgħu għaddejjin bil-provi tal-banda.

Kelliem għall-Banda Imperial qal li, filwaqt li jimxu mal-miżuri u r-rakkomandazzjonijiet proposti mill-għaqda każini tal-baned, ilbieraħ iż-żgħażagħ tal-għaqda ddeċidew li jiltaqgħu fil-post fejn qegħdin isiru l-provi tal-banda u jdoqqu ftit marċi brijjuzi spontanji biex joħolqu ftit atmosfera ta’ festa fil-Mellieha.

Hafna Melleħin telghu fil-bjut tad-djar tagħom jew ħarġu fil-parapetti biex jisimgħu u jgawdu din l-atmosfera li ħolqu l-bandisti bil-marċi brijjużi.

Live from the Mellieha Parish Square

Gepostet von Ghaqda Muzikali Imperial a.d.1930 am Sonntag, 6. September 2020

Aħbarijiet Oħra

Ġew irriġenerati 10 blokok ta’ appartamenti fl-oqsma tad-djar f’Ħaż-Żabbar b’investiment ta’ €700,000 li minnu gawdew 110 familji. Il-Ministru għall-Akkomodazzjoni Soċjali, Roderick Galdes, qal li l-binjiet ġew miżbugħa b’kuluri differenti biex…

Raġel ta’ 84 sena miet waqt li kien pożittiv bil-Covid-19. L-awtoritajiet tas-saħħa qalu li l-anzjan kien ikkonfermat pożittiv għall-Covid-19 fit-18 ta’ Settembru. Huwa ddaħħal l-IDU fl-Isptar Mater Dei dakinhar stess…

Summit ta’ jumejn għall-mexxejja Ewropej li kellu jibda għada se jiġi pospost, wara li uffiċjal tas-siġurtà ħareġ pożittiv għall-Covid-19. Minħabba f’hekk, il-President tal-Kunsill Ewropew Charles Michel kellu joqgħod fi kwarantina,…

Il-lingwa tas-sinjali Maltija hija t-tielet ilsien uffiċjali f’Malta. Lejliet il-Jum Dinji għal-Lingwa tas-Sinjali, TVM tkellem mal-Professur Marie Alexander li hija l-editriċi tal-uniku dizzjunarju ta’ din il-lingwa, li jiġbor mijiet ta’…

Aktar