Saħħa
ARA: Joperaw raġel li tah attakk tal-qalb waqt attività f’Mater Dei

Fl-għodwa tal-Ħadd, waqt li d-Dipartiment tal-Kardjoloġija fl-Isptar Mater Dei kien għaddej b’kampanja biex jikber l-għarfien u l-prevenzjoni tal-mard tal-qalb, il-professjonisti kellhom jintervjenu b’urġenza fuq każ ta’ attakk tal-qalb li nqala’ bla ħsieb.

Il-pazjent inġieb bil-ħelikopter minn Għawdex għax kellu bżonn operazzjoni urġenti. F’radd ta’ salib uħud mill-professjonisti li kienu qed ifissru lil pubbliku l-ħidma tad-dipartiment u l-prevenzjoni, kellhom jassistu fl-operazzjoni fuq il-pazjent, li ftit qabel tah attakk tal-qalb.

Dr Robert Xuereb, Ċermen tad-Dipartiment tal-Kardjoloġija, qal li l-intervent f’waqtu tat-tim mediku salva l-ħajja ta’ dan il-pazjent.

“Sibna fejn hi l-arterja li kkawżat l-attakk tal-qalb, għax f’attak tal-qalb li jiġri huwa li l-arterja li jkollha blood clot ġo fiha, għax ikollha d-djuq fl-arterja li jibda jifforma bil-mod il-mod – ikun hemm ix-xaħam fl-arterji li jiġi kkaġunat – per eżempju f’dan il-pazjent partikolari kien ipejjep 20 sigarett kuljum.”

Dr Xuereb spjega li l-operazzjoni ħadet madwar 45 minuta, bl-isfida tkun il-ftuħ ta’ arterja li kienet qed tagħlaq il-passaġġ tad-demm. “Kellu l-arterja miżduda, ftaħniha bil-bużżieqa, qbadna l-blood clot, ħriġnieha, imbagħad poġġejna molla, imbagħad erġajna użajna bużżieqa biex nipperfezzjonawha, u issa l-pazjent qed iħossu tajjeb u l-arterji kollha huma miftuħin.”

Dr Xuereb qal li l-mard tal-qalb huwa l-ikbar kawża tal-imwiet fost il-Maltin. Huwa qal importanti li l-pubbliku jagħti każ tal-ikel li jiekol u jagħmel testijiet regolari għal kolesterol, iz-zokkor u l-pressjoni u ma jpejjipx.

Waqt li kienet għaddejja l-operazzjoni, volontiera mis-soċjetà Maltija tal-Qalb u mill-Għaqda Studenti tal-Mediċina għamlu testijiet lill-pubbliku fil-foyer tal-Isptar Mater Dei u taw tagħrif biex wieħed jevita il-kumplikazzjonijiet tal-mard tal-qalb.

“Ħafna min-nies, speċjalment fit-testijiet tal-BMI, bdew jistaqsuna ‘Kemm għandi bżonn nonqos?’ ‘X’nista’ nagħmel biex nonqos?’ u aħna niggwidawhom fejn nistgħu: Daħħlu l-eżerċizzju, tieklu dieta tajba, eċċetra,” qalet Jessica Bonnici, studenta tal-mediċina.

Il-pubbliku ngħata taħriġ prattiku dwar l-ewwel għajnuna, bħas-CPR, għal każi ta’ attakk tal-qalb.

Il-pubbliku kellu l-opportunita’ li jara s-swali u t-tagħmir li jintuża biex jiġu kkurati pazjenti b’mard tal-qalb.

 

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Yorgen Fenech li nżamm mill-Pulizija għall-investigazzjonijiet relatati mal-assassinju tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia għall-ħabta tad-disgħa ta’ filgħaxija ingħata l-police bail wara madwar 39 siegħa arrestat. Television Malta huwa infurmat li Yorgen…

Politika

Il-Kap tal-Oppożizzjoni u tal-Partit Nazzjonalista, Adrian Delia, illum laqqa’ l-Grupp Parlamentari tal-PN b’urġenza biex jiddiskuti l-iżviluppi dwar il-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia u l-arrest ta’ Yorgen Fenech. Fi stqarrija l-Partit…

Qorti

Tliet irġiel ta’ bejn id-19 u t-42 sena ġew akkużati li serqu kaxxi mimlija prodotti tal-ġobon minn kontejner. Fil-Qorti l-imputati ammettew il-ħtija, bil-Maġistrat Monica Vella tikkundanna lil Daren Charles Aquilina…

Qorti

Tliet żgħażagħ, tnejn minnhom minuri ta’ 15 u 16-il sena, u ieħor ta’ 19-il sena, ingħataw il-ħelsien mill-arrest wara kważi tmien xhur taħt arrest. Dawn jinsabu akkużati b’attività terroristika wara li…

Aktar