Barranin
ARA: Jorbtuh mas-siġġu tal-ajruplan bit-tape wara li bagħbas u sawwat membri tal-kru

Raġel li kien fuq titjira minn Philadelphia għal Miami, fl-Istati Uniti, spiċċa marbut mas-siġġu tal-ajruplan bit-tape.

Maxwell Berry ta’ 22 sena, li kien qed jivvjaġġa ma’ Frontier Airlines, allegatament ta fastidju sesswali lil żewġ membri nisa tal-kru, waqt li ta daqqa ta’ ponn lil membru ieħor.

Huwa ġie mrażżan bl-għajnuna ta’ passiġġiera oħra, u tħalla marbut mas-siġġu sakemm l-ajruplan niżel f’Miami International Airport, fejn ġie arrestat mill-pulizija.