Barranin
ARA: Josh Cavallo jsir l-ewwel plejer tal-futbol fid-dinja li żvela li hu gay

Il-plejer tal-futbol Awstraljan, Josh Cavallo, żvela li huwa omosesswali, biex sar l-ewwel plejer professjonali tal-futbol fid-dinja li għamel din id-dikjarazzjoni pubblikament.

Cavallo, li għandu 21 sena u jilgħab bħala ‘midfielder’ mal-Adelaide United, kiteb fuq il-midja soċjali li fl-aħħar qed iħossu komdu jitkellem fuq aspett personali minn ħajtu.

“Jien futboler u gay” – din kienet id-dikjarazzjoni bla kantunieri ta’ Cavallo f’filmat li tella’ fuq il-midja soċjali. “Kull ma rrid huwa li nilgħab il-futbol u nkun trattat daqs ħaddieħor.”

Huwa żied jgħid li kien għejja jagħmel ħiltu fil-karriera waqt li jgħix dik li ddeskriva bħala ħajja doppja. Ammetta li ilu sitt snin jiġġieled mas-sesswalità tiegħu, u issa huwa kuntent li sab il-paċi.

Ara l-filmat sħiħ ta’ Cavallo hawn: