Eurovision
ARA: It-tħejjijiet ta’ Michela lejliet is-semifinali t’għada f’Tel Aviv

Hekk kif għada Malta se tagħti l-esebizzjoni tagħha fis-semi finali tal-Eurovision Song Contest f’Tel Aviv, Michela llum kellha jum impenjattiv, li beda b’intervista ma’ BBC One.

Waranofsinhar imbagħad, Michela għamlet il-prova uffiċjali tagħha bi tħejjija għal għada, filwaqt li llejla qed tkanta wkoll waqt wirja apposta għall-ġurija.

Intant ilbierah filgħaxija għaddew 10 pajjiżi minn 17 li ħadu sehem fl-ewwel semifinali.

Il-pajjiżi li kwalifikaw għall-finali tas-Sibt filgħaxija huma l-Greċja, il-Belarus, is-Serbja, Ċipru, l-Estonja, ir-Repubblika Ċeka, l-Awstralja, l-Iżlanda, San Marino u s-Slovenja. Ir-riżultati f’dawn is-semifinali huma maqsuma nofs b’nofs bejn ġurija professjonali u televoting.

Fit-tieni semifinali t’għada filgħaxija, u li se jixxandar fuq TVM u tvm.com.mt fid-9pm, Michela se tkanta l-kanzunetta Chameleon fil-11-il post.

Ara wkoll:

Liema huma l-10 pajjiżi li għaddew għall-finali tal-Eurovision?

Aħbarijiet Oħra
Politika

Bejn għada u t-Tlieta, il-President tal-Kummissjoni Ewropea Jean-Claude Juncker se jkun f’Malta fuq żjara uffiċjali. Juncker mistenni jkollu taħditiet f’Kastilja mal-Prim Ministru Joseph Muscat kif ukoll mal-President ta’ Malta George…

TV u Radju

Il-ġurnalisti tal-PBS rebħu 9 unuri għal stejjer u produzzjonijiet li xxandru fuq TVM, Radju Malta u tvm.com.mt. Sitta mid-disgħa kategoriji li ntrebħu mill-PBS intrebħu lis-sitt ġurnalisti tal-kamra tal-aħbarijiet fosthom għal…

Lokali

Din hija ħarsa ħafifa lejn il-gazzetti ppubblikati llum il-Ħadd 21 ta’ Lulju 2019 Fl-ewwel paġna ta’ The Sunday Times of Malta insibu l-istorja dwar il-fdalijiet ta’ katavru li l-pulizija sabet…

Saħħa

Studju internazzjonali wera li l-każi li l-kanċer tal-għonq tal-utru qegħdin jonqsu drastikament tant li hu maħsub li din il-marda tista’ tiġi eradikata. Dan huwa grazzi għat-tilqima li tingħata lit-tfajliet kontra…

Aktar