Mużika
ARA: Kant-awtriċi Maltija-Awstraljana b’popolarità madwar id-dinja toħroġ l-ewwel album tagħha

Il-kant-awtriċi u mużiċista Tash Sultana hija Awstraljana, b’dixxendenza Maltija, li qed tikseb popolarità fix-xena mużikali bi stil rock alternattiv u raggae rock.

Hija għadha kif ħarġet l-album ‘Flow State’ li bih qed tiddebutta fix-xena mużikali internazzjonali b’kanzunetti bħal ‘Salvation’ li kienet ħarġet diġà vidjo mużikali tagħha u f’temp ta’ xahrejn rawh iktar minn miljun ruħ.

Il-Maltija-Awstraljana, li għandha 23 sena, bdiet iddoqq mindu kellha 3 snin meta nannuha taha kitarra bħala rigal.  Taf iddoqq 20 strument mużikali fosthom il-pjanu, it-trumbetta, is-sassofonu, il-mandolina, u s-synthesizer.

Tash Sultana twieldet u trabbiet f’Melbourne.  Bdiet iddoqq fit-toroq (busking), ingħaqdet mal-band Mindpilot fl-2008 iżda sfaxxat fl-2012.  Sena wara bdiet tkun iktar attiva fix-xena mużikali bħala solista.

YouTube kien pjattaforma li wassalha għall-fama tant li l-vidjos li ppubblikat dejjem intlaqgħu tajjeb u jarawhom miljuni ta’ nies minn madwar id-dinja.

Ħarġet l-ewwel EP tagħha fl-2016.  It-tour dinji li għamlet is-sena l-oħra kien mibjugħ kollu.  Għalkemm żaret l-Ewropa, madanakollu Malta ma kinitx inkluża fit-tour.

Id-debut album tagħha ‘Flow State’ tnieda fil-31 t’Awwissu u l-kant-awtriċi mistennija tagħti numru ta’ kunċerti biex tippromwovi l-album u tkanta l-kanzunetti li l-iktar ġabulha suċċess s’issa ‘Harvest Love’ u ‘Salvation’.

Aħbarijiet Oħra
Knisja Maltija

Iż-żmien jagħmel tiegħu u meta jkun mgħejjun minn elementi bħall-ilma u t-tniġġiż jaf ikun l-ikbar għadu għall-opri tal-arti fis-soqfa tal-knejjes tagħna. Il-Kolleggjata ta’ San Pawl fil-Belt tiffaċċja spiss il-problema tal-ilma…

Saħħa

Il-Kummissjoni għad-Drittijiet tal-Persuni b’Diżabilità qed taħdem biex tiġi introdotta kard speċjali għal persuni li għandhom imġiba diffiċli, biex fost oħrajn f’każi severi ta’ awtiżmu jkunu jistgħu jaqbżu l-kju u jinqdew…

Politika Lokali

Il-Kamra tad-Deputati iddiskutiet mozzjoni mressqa mill–Oppożizzjoni dwar dak li ġie żvelat fuq il-kumpanija 17 Black fuq talba li saret mill-Kap tal-Oppożizzjoni, bid-deputat Prim Ministru Chris Fearne jgħid li l-Kamra kellha tiddiskuti kull allegazzjoni li…

Aktar