Kisbiet
ARA: Kantanta Maltija timpressjona l-ġurija ta’ Britain’s Got Talent

Il-kantanta Maltija Giorgia Borg, li għad għandha 10 snin, irnexxielha timpressjona lill-ġurija tal-programm Britain’s Got Talent li xxandar ilbieraħ, tant li ngħatat il-Golden Buzzer.

Huma biss l-iktar parteċipanti li jispikkaw f’dan il-programm li jingħataw dan l-unur, li jkun ifisser li se jgħaddu dirett biex jipparteċipaw fil-‘live shows’.

B’vuċi soda Giorgia kantat kanzunetta oriġinali li kitbet hija stess, u mill-bidu tas-silta sal-aħħar ħalliet lill-udjenza fis-sala u l-ġurija mbellha. Kulħadd qam bilwqiefa biex iċapċap lil Giorgia, inkluż l-erba’ membri tal-ġurija.

Sezzjoni tal-midja Ingliża qalet li Giorgia hija l-iżgħar parteċipanta ta’ Britain’s Got Talent li dehret fuq il-palk waħedha u ngħatat il-Golden Buzzer.

Fuq il-paġna tagħha ta’ Facebook Giorgia qalet li ma tistax temmen li ngħatat il-Golden Buzzer, filwaqt li rringrazzjat lil Alesha u lil dawk kollha li dejjem emmnu fiha.

Is-sena l-oħra Giorgia kienet fost il-parteċipanti tal-Malta Junior Eurovision Song Contest, filwaqt li fl-2017 kisbet l-ewwel post fil-kategorija tagħha f’Sanremo Junior.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Fid-dawl tad-delitt tal-ġimgħa l-oħra f’Ħal Millieri allegatament imwettaq minn żewġ żagħżagħ ta’ 18-il sena ħafna tkexkxu li dan ir-reat twettaq minn żgħażagħ u esprimew tħassib dwar il-ġenerazzjoni preżenti, madanakollu l-istoriku…

Politika

Il-Prim Ministru u Mexxej tal-Partit Laburista Robert Abela qal li fil-kwistjoni tal-immigrazzjoni hu senisttiv għall-karba tan-nies, sema’ lin-nies jitkellmu u jrid jkun hu li jagħti r-risposti. Dr Abela qal dan…

Lokali

Fl-aħħar erbat ijiem mindu tħabbru r-regolamenti l-ġodda tal-attivitajiet tal-massa, inħarġet ittra ta’ twissija lil sittax-il stabbiliment ta’ divertiment mit-taqsima tal-infurzar tal-Awtorità tat-Turiżmu li hi responsabbli li tara li l-postijiet qed…

Edukazzjoni

Id-Dipartiment tal-Edukazzjoni ppubblika linji gwida għall-għalliema u lse’s bi preparamenti għall-ftuħ tal-iskejjel fi tmiem ta’ Settembru li ġej. Il-Ministru għall-edukazzjoni Owen Bonnici qal li filwaqt li l-Gvern huwa kommess li…

Aktar