Lokali
ARA: Kanzunetta għal Bjorn – deskritt bħala r-raġel ta’ eżempju

Bjorn Formosa seraq il-qlub ta’ bosta. Id-determinazzjoni tiegħu minkejja t-tbatija tagħti kuraġġ lil ħafna.

L-imħabba, il-kuraġġ u t-tama tiegħu ġew espressi f’kanzunetta ġdida ‘Bjorn ir- raġel ta’ eżempju’.

B’lirika ta’ Paul Ellul u mużika ta’ Dominic Cini, il-kanzunetta hija kantata minn Kristen Abela, Veroniva Rotin u Kira Copperstone.

Bjorn ir-raġel ta’ eżempju tkantat l-ewwel darba waqt attività li saret juemjn ilu fl-Isla bit-tema F’ San Valentinu aqsam l-imħabba ma’ Als Malta.

F’kumment fuq Facebook, Bjorn qal li fl-aħħar snin seħħew ħafna affarijiet iżda din żgur qatt ma stennieha. Qal li l-ġest tagħhom huwa turija ta’ mħabba. Qal li t-tim tal-Als Malta ma jaħdimx biex jirċievi xi ħaġa lura iżda dan il-ġest u r-rigal se jibqa’ jgħożżu.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Il-faċilitajiet tal-films fir-Rinella se jingħataw dehra aħjar b’xogħlijiet ta’ manutenzjoni li se jtejjbu l-infrastruttura tal-faċilitajiet. Fl-istess waqt, f’intervista ma’ TVM l-Kummissarju tal-Films, Johann Grech, qal li l-inċentivi fiskali mħabbra fil-budget…

Kronaka

Raġel ta’ 29 sena sofra ġrieħi gravi wara li waqa’ madwar sular u nofs fiż-Żejtun. Il-Pulizija qalet li l-inċident seħħ għall-ħabta tal-4.00 ta’ waranofsinhar fi Triq l-Isqof Antonio Zahra. Ir-raġel,…

Lokali

Il-Kummissjoni Elettorali ser tibda l-provi aħħarin fuq is-sistema elettronika tal-għadd tal-voti li ser tbiddel radikalment il-mod kif kienet tinħoloq l-istennija għar-riżultat tal-elezzjonijiet. Is-sistema elettronika ser tintuża għall-ewwel darba fl-appuntamenti elettorali…

Ambjent

Gabriel, Victoria u Stef huma tlett ifkieren li ngħataw kura min-Nature Trust minħabba l-ammont ta’ plastik fl-istonku tagħhom. Dalgħodu nħelsu fil-baħar tal-Ġnejna, fejn Nature Trust tat bidu wkoll għal kampanja…

Aktar