Politika
ARA: Karol Aquilina u Clifton Grima jiġu fl-idejn

Hekk kif ġiet fi tmiemha s-Seduta Parlamentari, saħnet il-qiegħa barra l-Parlament, bil-Membri Parlamentari ma setgħux jitilqu minħabba li Triq l-Ordinanza spiċċat imblukkat kawża tal-protesta.

Għal xi raġuni mhux magħrufa, inqala’ diżgwid bejn id-Deputat Nazzjonalista Karol Aquilina u d-Deputat Laburista Clifton Grima tant li ġew fl-idejn.

Id-Deputati Laburisti Chris Agius u Roderick Galdes jidhru qed jipprovaw iferrqu l-ġlieda.

Jidher ukoll li xi ġurnalista ġiet imbuttata minn xi persuna mhux magħrufa.

Aħbarijiet Oħra
Qorti

Xafiero Lantveld, Olandiż ta’ 23 sena tressaq il-Qorti akkużat bi traffikar ta’ droga kokaina. Fil-Qorti ntqal li hu ġie arrestat f’lukanda f’Tas-Sliema wara li l-pulizija rċeviet informazzjoni li kien qed…

Qorti

L-eks Chief of Staff tal-Prim Ministru Keith Schembri, waqqa’ kawża ta’ libell li kien fetaħ kontra l-ġurnal The Malta Independent dwar storja li fiha qal li fl-2014 saret transazzjoni finanzjarja…

Kronaka

Bejn l-1 ta’ Jannar 2020 u l-lejl illi għadda, il-Pulizija wettqet mat-80 spezzjoni, f’diversi stabbilimenti madwar Malta u Għawdex. B’kollox ġew imħarrka mal-100 persuna li nqabdu jpejpu fl-istabbilimenti. Madwar 50…

Lokali

BirdLife Malta qalet li d-deċiżjoni tal-Prim Ministru li jpoġġi lir-regolatur tal-kaċċa taħt il-Ministeru għal Għawdex hija dijabolika. Fi stqarrija hija kkundannat din id-deċiżjoni li sejħitilha bħala waħda purament elettorali. Fi…

Aktar