Barranin
ARA: Karozza li ssuq waħedha tevita li ttajjar annimal bi żbrixx

Filmat li ttella’ fuq il-midja soċjali reġa’ qajjem dibattitu fuq is-sigurtà u l-effiċjenza tal-vetturi li jsuqu bl-‘autopilot’.

Filwaqt li bosta jargumentaw li s-sistema mhix ta’ min jorbot fuqha, oħrajn jemmnu li din għandha kapaċitajiet aħjar minn tal-bniedem.

Il-filmat juri karozza tal-għamla Tesla, li evitat waħedha annimal li ħareġ mill-ġenb tat-triq, bis-sewwieq li jingħad li ma kienx induna bih.

Elon Musk, wieħed mill-fundaturi tat-Tesla, xerred il-filmat, u qal li dak li huwa veloċi għall-bniedem, huwa kajman għall-kompjuter. Żied li b’din it-teknoloġija, li se tkompli tiġi rfinata, il-karozzi huma ‘sopra-umani’.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

It-tielet lejl infila ta’ protesti fil-kapitali Lebaniża Bejrut. Ġimgħa eżatt wara l-isplużjoni katastrofika li ħalliet iktar minn mitejn mejta u sitt elef persuna midruba, u llivellat mingħajr ħniena l-infrastruttura ta’…

Barranin

Skont figuri miġbura mill-Università Johns Hopkins, l-għadd ta’ nies infettati bil-coronavirus madwar id-dinja qabeż l-għoxrin miljun f’188 pajjiż. Aktar minn seba’ mija u tletin elf ruħ mietu. Mill-każi rregistrati, ħames…

Barranin

Il-President Russu Vladimir Putin qal li pajjiżu żviluppa tilqima ġdida kontra l-Coronavirus u li skont hu ngħatat l-approvazzjoni regolatorja f’inqas minn xahrejn li bdiet tiġi ttestjata fuq in-nies umani. Putin…

COVID-19

Fi New Zealand wara mitt jum mingħajr każ ġdid, irreġistraw 4 każijiet ġodda, bis-sors tal-infezzjonijiet għadu mhux magħruf. Il-każijiet instabu f’Auckland. B’reazzjoni għal din l-aħbar il-Prim Ministru Jacinda Ardern ħabbret…

Aktar