Kronaka
ARA: Karozza tal-Forzi Armati ssir ħuġġieġa fiż-Żurrieq

Karozza tal-Forzi Armati ta’ Malta ġiet ħuġġieġa meta dalgħodu kienet qed tinstaq fi Vjal il-Blue Grotto, fiż-Żurrieq.

Kelliem għall-Forzi Armati qalet lil TVM li l-karozza tat-tip Fiat Punto saħnitilha l-magna, b’konsegwenza li ħadet in-nar.

Ħadd ma weġġa’ fl-inċident, u n-nirien kienu kkontrollati minn membri tal-Protezzjoni Ċivili.