Barranin
ARA: Katalani jifirħu bi twelid rari

Wara nuqqas ta’ 100 sena, fil-muntanji Katalani twieled ferħ ta’ linċi – speċi ta’ felini li kienet inqerdet għal kollox minn dawn l-inħawi.

Il-ferħ ta’ linċi Ewropea twieled f’Mejju li għadda fir-riserva naturali MonNatura Pirineus, li fl-aħħar jiem xandret filmati tiegħu, fejn jidher imfarfar u jilgħab m’ommu.

Ir-riserva qed tħaddem programmi biex terġa’ tkattar speċi li jkunu nqerdu u tpoġġihom ftit ftit lura fis-selvaġġ. Dawn jinkludu speċi ta’ avultun, ċerv u volpi.

https://www.facebook.com/LaPedrera.Fundacio/videos/2091390507632943/

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Papa Franġisku ddikjara ħames qaddisin ġodda, fosthom wieħed mill-iktar personaġġi influwenti tas-seklu 19 . . . il-Kardinal John Henry Newman. Il-Kardinal Newman jibqa’ mfakkar l-iktar għall-fatt li kien Anglikan ferventi,…

Kurżitajiet

Il-Kaptan tal-cruise liner MS Braemar irnexxielu jikseb rekord ġdid hekk kif irnexxielu kważi jagħmel l-impossibbli – li jgħaddi l-bastiment minn kanal dejjaq fil-Greċja. L-MS Braema wiesgħa 22.25 metru u għadda…

Barranin

Sitta u għoxrin persuna mietu, 18 għadhom irrapportati nieqsa u aktar minn 170 ruħ indarbu fl-agħar maltempata fil-Ġappun fl-aħħar 60 sena. It-tifun Hagibis laqat Tokyo is-Sibt, b’riħ qawwi b’veloċità ta’…

Barranin

Żewġ persuni tilfu ħajjithom u 18 oħra jinsabu midruba wara li ċediet parti mil-lukanda Hard Rock, f’New Orleans. Fil-lukanda kienu qed isiru xi xogħlijiet meta ċediet parti minnha. Kawża tal-inċident,…

Aktar