Stejjer Umani
ARA: Katriel iwettaq ħolma oħra biex jgħin lil min hu fil-bżonn

Iċ-ċkejken Katriel Zahra tant maħbub għall-ispirtu altruwist tiegħu minkejja li jbati minn kundizzjoni rari, dalgħodu wettaq ħolma oħra li kellu, li jaqta’ x-xagħar ta’ tifel bħalu b’risq il-Malta Community Chest Fund li tipproduċi parrokki għal min jaqalgħu xagħru minħabba l-mard. Katriel dalgħodu qata’ x-xagħar ta’ tfajjel ta’ 12-il sena Neil Aquilina li saħansitra sofra bullying għax kien qed itawwal xagħru.

F’ħanut tax-xagħar fejn Katriel ilu għal diversi xhur jipprattika fuq diversi stili ta’ xagħar, sibnieh eċċitat għaliex kien se jwettaq ħolma oħra, dik li jaqta’ xagħar twil biex dan jingħata donazzjoni għall-Malta Community Chest Fund biex jinħadem f’parrokka għal min jaqagħlu xagħru kawża tal-mard. Qabel ma mar jaqta’ x-xagħar, Katriel kellu jmur l-isptar għal injezzjoni li jkollu jieħu darba fix-xagħar minħabba l-kundizzjoni rari tiegħu u kien muġugħ. TVM staqsa lil Katriel għaliex xorta aċċetta li jaqta’ x-xagħar minkejja li kien muġugħ.

Katriel Zahra qal “għax jien għaddejt minnha, kienet waqgħatli xagħri u issa li ġejt għan-normal, kull esperjenza li naqta’ t-toppu jiena nieħu pjaċir, għax hawn ħafna girls, tfajliet ħabba l-kanċer.. għalija iebsa ħafna iebsa.”

Fi ftit ħin, Katriel, bil-gwida tal-istilista tax-xagħar Celine Paris, qata’ xagħar it-tfajjel Neil Aquilina ta’ tnax-il sena li ilu sentejn itawwal xagħru bil-ghan li jagħtih donazzjoni lill-Malta Community Chest Fund. Neil Aquilina li ħassu kuntent li qatagħlu xagħru Katriel għax jammirah, qalilna li kien isofru minn bullying minn tfal oħra għax kien qed itawwal xagħru. Madanakollu Neil qalilna li baqa’ sod u jippersevera li jtawwal xagħru biex minnu ssir parrokka għal xi ħadd marid.

Neil Aquilina qal “biex nisfidahom u mhux noqgħod għal li jgħiduli biex naqtagħa għax dak xagħri, u iktar ma sfidajthom, iktar ikkwitaw, għax jekk toqgħod għaliha, iktar se jkomplu”.

Intant Katriel li f’ħajtu bata ħafna wġiegħ, anki minħabba għadd kbir ta’ operazzjonijiet li għadda minnhom, jibqa’ jimpressjona bil-messaġġi ta’ kuraġġ li jaf jgħaddi.

Katriel Zahra qal “one irrid li ma ma jaqtgħux qalbhom, u jekk hawn xi ħadd li għandu xagħru twila u tajba jaqtagħha.”

Intant Katriel u Neil saru ħbieb u ftehmu li ‘l quddiem jistgħu forsi jingħaqdu flimkien biex jagħmlu xi ħaġa oħra li tgħin lil nies fil-bżonn.

Aħbarijiet Oħra
Elezzjoni

F’attività politika fil-Mellieħa, il-Prim Ministru Joseph Muscat tkellem dwar l-Istrateġija Nazzjonali tal-Isport li tnediet aktar kmieni matul il-ġurnata. Qal li u jemmen li hemm potenzjal kbir f’dan is-settur u għalhekk…

NGOs

Il-Prim Ministru Joseph Muscat inawgura hub modern u tal-għola standards fil-Marsa msejjaħ The Meeting Place li ser isservi biex ikollhom spazju fejn jiltaqgħu l-għaqdiet mhux governattivi li jaħdmu fl-oqsma tal-edukazzjoni,…

Elezzjoni

Il-Prim Ministru u Mexxej Laburista Joseph Muscat qal li l-iskema biex jingħataw ħlasijiet lill-eluf ta’ ħaddiema approvata mill-Kabinett saret biex issir ġustizzja ma’ iktar ħaddiema f’diversi oqsma fosthom ex ħaddiema…

Elezzjoni

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia qal li, għal dan il-Gvern, Għawdex mhuwiex prijorità. Waqt attività politika fin-Nadur Ghawdex illejla, Dr Delia sostna li hemm kuntrast qawwi mal-investiment li kien għamel…

Aktar