Annimali
ARA: Kelb imwerwer mil-labra jsib eroj żgħir jiddefendih

Kelb li kien imwerwer mil-labra tal-injezzjoni waqt żjara għand il-veterinarju, sab eroj żgħir jiddefendih.

Filmat miġbud minn kamera tas-sigurtà juri lil sid il-kelb iżżommu sakemm il-veterinarju jagħtih l-injezzjoni.

Il-kelb imbeżża’, jibda jiċċalaq u jipprova jaħrab. Josserva dan kollu minn wara ħġieġa hemm qattus.

Il-qattus jidħol fil-kamra u jixxabbat mal-mejda biex jara aħjar x’qed jiġri, u meta l-kelb ikompli jitqabad, il-qattus pront idur fuq il-veterinarju u jigdimlu siequ, qabel jerġa’ jaħrab wara l-ħġieġa.

Il-filmat ixxerred fuq il-midja soċjali, fejn rawh elf ta’ persuni u qanqal ħafna reazzjonijiet.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Għall-ewwel darba f’125 sena, inqala’ minn postu l-arloġġ li jinsab mat-torri tal-Imtarfa. It-tnejn huma tant biċċa waħda, li l-binja hija magħrufa bħala t-Torri tal-Arloġġ. Fuq il-midja soċjali s-Sindki tal-Imtarfa Daniel…

Barranin

L-epidemoloġista tal-istat Svediż li kien il-moħħ wara l-politika tal-pajjiż li ma jimponix lockdown, ammetta li kien ikun aħjar kieku l-pajjiż impona restrizzjonijiet sabiex jikkontrolla l-imxija tal-virus. Għal xhur sħaħ Anders…

Barranin

Qorti fl-Afrika t’Isfel sabet li xi wħud mir-restrizzjonijiet li mpona l-Gvern biex irażżan l-imxija tal-Covid-19 huma invalidi u jmorru kontra l-kostituzzjoni. L-Afrika t’Isfel imponiet fost l-aktar restrizzjonijiet stretti fid-dinja. Fost…

COVID-19

Minkejja t-tħassib li tqajjem fl-eqqel tal-pandemija b’rabta mal-mediċina ibuprofen, din issa qed tiġi studjata bil-għan li tintuża bħala trattament għall-Covid-19. Diversi ġimgħat ilu kien qed jiġi rrappurtat li l-ibuprofen, li…

Aktar