Barranin
ARA: Kelb jeħodha ma’ ors li daħal għand il-ġirien

Kelb fi New Jersey ma ħasibhiex darbtejn biex jeħodha ma’ ors li sab fil-ġnien tal-ġirien tiegħu. L-inċident inqabad minn kamera tas-sigurtà, u f’leħħa ta’ berqa dar mad-dinja wara li ttella’ fuq il-midja soċjali minn sid id-dar.

Mark Stinziano qal li Riley huwa l-kelb tal-ġirien, u spiss jidħol għandu biex jittawwal lit-tfal. Tlett ijiem ilu iżda ż-żjara ta’ Riley ħadet xejra oħra, għax flok jilgħab spiċċa jiġġieled.

Il-filmat juri lill-ors jidħol fil-ġnien u jaqleb kontenitur bl-għalf tal-għasafar mal-art. Waqt li jkun qed jiekol, minn wara jidher ġej Riley, li bla ħsieb ta’ xejn tar għal fuq l-ors u gidmu.

L-ors, maħsud, dawwar denbu u lebbet ‘l hemm, bil-kelb ikompli jiġri warajh.

Is-Sur Stinziano qal li bħala ringrazzjament se jagħti lil Riley biċċa laħam tajba.

Gepostet von Mark Stinziano am Dienstag, 9. Juli 2019

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Żewġ persuni mietu meta l-ferrovija li kienu fuqha ħarġet barra l-linji qrib il-belt ta’ Wallan. Il-ferrovija li tinstaq b’veloċità kienet qed tivvjaġġa bejn Sydney u Melbourne. Għadd ta’ passiġieri oħrajn…

Barranin

Il-vapur ta’ salvataġġ Ocean Viking salva 274 immigrant ‘il barra mill-kosta tal-Libja. L-irġiel, in-nisa u tfal salvati waqt tliet operazzjonijiet ta’ salvataġġ fiċ-ċentru tal-Mediterran nhar it-Tlieta u lbieraħ. Fost l-immigranti…

Televiżjoni u Radju

Jismu Kurt. Madanakollu, bosta jiftakruh bħala Jason, it-tifel tal-familja Cassar, jew in-neputi l-aktar għal qalb in-nanna Katrin, il-mibkija Mary Rose Bonello. U, sal-ġurnata tal-lum, hekk baqgħu jsibuh lil Kurt Castillo,…

Barranin

Ir-rapper Amerikan Pop Smoke nqatel waqt aktarx serqa f’daru. Bashar Jackson ta’ 20 sena kien f’daru f’Hollywood, Los Angeles meta żewġt irġiel b’rashom mgħammda daħlu fuqu u bdew jisparaw xi…

Aktar