Barranin
Ara: Kelb jibqa’ jgħaddilu l-ballun minn bejn saqajh wara li waqqaf partita

Kelb tar-razza Pesky Pooch daħal sparat fi grawnd tal-futbol fil-Bożnija u f’tebqa t’għajn wera x’isarraf bil-ballun sakemm ittieħed ‘il barra.

F’filmat ippubblikat fuq il-midja soċjali, il-kelb jidher dieħel fil-grawnd u jibqa’ sejjer dritt lejn il-ballun. Sakemm inqabad mill-uffiċjali li kienu preżenti waqt il-partita, il-kelb irnexxielu jgħaddi l-ballun minn bejn saqajn il-plejer Tomislav Barišić għal darba darbtejn.

Il-kelb invada l-grawnd tal-futbol fl-ewwel minuti tal-partita bejn Sloboda u Posusje, valida mill-Kampjonat Premier tal-Bożnija. Il-logħba spiċċat fi dro, bl-iskor ta’ 1-1.