Sigurtà
Ara: Kemm għadhom siguri l-postijiet ta’ divertiment?

Mużika, briju u xxalar. Fi ftit kliem, dan huwa dak li jqanqal lil dak li jkun biex fi tmiem il-ġimgħa, b’mod speċjali, iżur uħud mill-postijiet ta’ divertiment li hawn fil-gżejjer Maltin. Madanakollu, dawn il-postijiet, huma siguri?

Il-bouncers, partikolarment, kif jintgħażlu? Jafu jgħassu dawn l-istabbilimenti kif xieraq? Isirilhom xi taħriġ?

Skont Jovan Grech, mis-Security Academy Malta, sal-lum għad m’hemmx regolatur f’dan ir-rigward. U, skontu, il-Kummissarju m’għandux ir-riżorsi meħtieġa biex jirregola din l-industrija.

Fost oħrajn, Jovan Grech saħaq li t-taħriġ għall-bouncers għandu jiffoka fuq ħames ħiliet prinċipali – il-komunikazzjoni, l-osservar, il-ħila tal-memorja, kif tittieħed deċiżjoni f’radda ta’ salib iżda mhux kif ġieb u laħaq, u l-ħila fiżika.

F’dan il-kuntest, x’jista’ jsir? Ara l-kumment ta’ Philip Fenech, Kap tat-Taqsima tat-Turiżmu u d-Divertiment tal-GRTU, hawn taħt.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Sitt persuni fir-reġjun tal-Lombardija, fl-Italja, weħlu multa ta’ €3,300 kull wieħed wara li nqabdu mill-Pulizija jiksru iktar minn liġi waħda. Il-persuni, li kienu kollha rġiel ta’ bejn 43 u 68…

Xjenza

Min jirnexxielu jqum fis-sigħat bikrin ta’ filgħodu jista’ jitpaxxa b’xena mhux tas-soltu fis-smewwiet. Il-kometa C/2020 F3 Neowise bħalissa qed tidher ċara jekk wieħed iħares lejn ix-xefaq fil-lvant ta’ Malta. L-astrofiżiku…

Eurovision

Fl-isfond tal-hekk imsejħa normalità ġdida li lkoll qed ngħixu fiha l-European Broadcasting Union, l-EBU, f’dawn l-aħħar jiem aġġornat ir-regolamenti tal-Eurovision Song Contest għall-edizzjoni li jmiss bil-għan li l-festival jibqa’ miexi…

Aktar