X

ARA: Kemm hi f’saħħitha qalbek?

Issa tista’ tkun taf intix f’riskju li timrad b’mard tal-qalb b’dan it-test li jista’ jsir onlajn.

Kull minn għandu 30 sena jew aktar jista’ jagħmel dan it-test onlajn biex jiskopri fil-verità kemm hi f’saħħitha qalbu.

It-test jgħid li 80% tal-każijiet ta’ attakki tal-qalb jew puplesiji fost persuni taħt il-75 sena jistgħu jiġu evitati jekk wieħed ibiddel l-istil tal-ħajja tiegħu.

Bi stil ta’ ħajja mhux sana, 4 minn 5 adulti jkunu qed jidħlu f’riskju li jmutu qabel il-waqt. Fost l-affarijiet li t-test isemmi, wieħed għandu jwaqqaf it-tipjip, jiekol ikel san u jagħmel l-eżerċizzju biex iżomm qalbu f’saħħitha.

Maż-żewġ miljun persuna għamlet dan l-onlajn test u 78% minnhom għandhom qalb li hija ixjeħ milli fil-verità għandha tkun.

Ħadtu l-onlajn test? u xi rriżultalek?