Barranin
Ara kemm iċċara l-ilma fil-kanali ta’ Venezja waqt il-pandemija

Ilma ċar kristall li r-residenti ta’ Venezja kienu ilhom ma jaraw snin twal. Ritratti u filmati ta’ dawn ix-xeni qed iduru fuq il-midja soċjali, u waslu wkoll sal-kmamar tal-aħbarijiet internazzjonali.

Xi rapporti qalu li r-residenti ilhom ma jaraw ilma daqstant ċar minn tal-anqas 60 sena.

Qed jintqal li l-ilma ċċara daqshekk peress li n-nuqqas ta’ traffiku fil-kanali mhux qed jaqla’ l-ħama tal-qiegħ.

Għalkemm dan ma jfissirx li l-ilma huwa iktar nadif, in-nuqqas ta’ fjuwil mid-dgħajjes diġà qed jagħmel effett li qed jinħass fuq il-kwalità tal-arja.

B’mod simili, it-tnaqqis fit-traffiku fuq l-art madwar id-dinja mistenni jkollu effetti pożittivi fuq l-ambjent, b’bosta jikkummentaw li l-Coronavirus, anki jekk bħalissa qed narawh bħala għadu, indirettament se jkun qed jgħin lis-saħħa tal-bniedem bi tnaqqis fit-tniġġis.

Aħbarijiet Oħra
COVID-19

Wuhan terġa tistejqer Wuhan, il-belt Ċiniża li fiha faqqgħet il-pandemija tal-Coronavirus, mil-lum bdiet tistejqer mir-restrizzjonijiet imposti xahrejn ilu u li ħallew 11-il miljun resident maqfulha f’darhom. Karozzi u roti reġgħu…

Kurżitajiet

F’dawn il-jiem, il-midja soċjali saru miżgħuda b’għadd ta’ filmati, tpinġijiet, u ritratti ta’ kull xorta, bil-għan li fost l-oħrajn dak li jkun iqanqal xi ftit tal-ottimiżmu fid-dawl tal-Covid-19, li kull…

Televiżjoni u Radju

Fl-isfond tal-jiem straordinarji li qed ngħixu, kawża tal-imxija tal-Covid-19 f’pajjiżna wkoll, il-poplu Malti u Għawdxi mħeġġeġ jibqa’ d-dar u ma joħroġx għal xejn b’xejn, bil-għan li t-tixrid tal-virus jonqos kemm…

COVID-19

Il-President Amerikan Donald Trump qal li l-Istati Uniti se tipproduċi 100,000 ventilators f’100 jum. Trump wiegħed li pajjiżu se jkun qed jipproduċi ħafna ventilators biex jgħin kemm lill-Istati Uniti u…

Aktar