Kurżitajiet
ARA: Kieku inti tilbes ħwejjeġ magħmulin mill-karti?

Id-disinjatur James Dimech irnexxielu joħloq fjuri kbar tridimensjonali biex jiddekora l-palk ta’ Dar il-Mediterran.

Fil-programm Insights, Dimech qal li din hija teknika ġdida li teħtieġ ħafna paċenzja għax kull fjura hija unika peress li kollox isir bl-idejn.

Huwa mhux biss joħloq il-fjuri mill-karti, iżda wkoll il-ħwejjeġ.  Imma dawn jitqattgħu meta jintlibsu?  Ara x’wieġeb James hawn.

Tista’ tara Insights fuq TVMi. Insights jixxandar il-Ħadd fl-10.30pm fuq TVM.

 

Aħbarijiet Oħra
Storja

Magna ta’ ajruplan tal-gwerra, li possibilment iġġarraf fit-Tieni Gwerra Dinija, kienet irkurprata minn qiegħ il-baħar fil-bokka tal-Port il-Kbir wara ħidma konġunta bejn l-Università ta’ Malta, Heritage Malta u l-Forzi Armati….

Teknoloġija

Wara l-ajruplani, issa anke l-vetturi bdew jiġu jiġu mgħammra b’kaxxa sewda, li normalment tkun f’nofs il-vettura. Għalkemm s’issa din mhijiex obbligatorja, aktar manifatturi tal-karozzi qed jinkluduha. Fost aktar miżuri biex…

Infrastruttura

Waħda mill-kawżi ewlenin ta’ ħruġ ta’ drenaġġ fit-triq u fil-baħar ġejja minn katusi tal-ilma tax-xita li qed jitqabbdu direttament mas-sistema tad-drenaġġ. Jirriżulta li ħafna ma jafux li dan hu l-każ…

NGOs

Seba’ għaqdiet mhux governattivi Maltin se jwettqu tmien proġetti fl-Afrika bl-għajnuna ta’ madwar nofs miljun ewro mill-programm tal-għajnuna għall-iżvilupp tal-Ministeru tal-Affarijiet Barranin. Il-proġetti jvarjaw minn skola ġdida għall-bniet f’żona rurali…

Aktar