Kisbiet
ARA: Kien ħaqqha tirbaħ Miss Universe Malta? Teresa Ruglio tgħid tagħha

Il-konkors tas-sbuħija Miss Universe Malta, li ttella’ l-Ġimgħa li għadda, intrebaħ minn Teresa Ruglio, li rrappreżentat lil Tas-Sliema.

Filwaqt li l-pubbliku dejjem jikkummenta fuq min iħoss li kien ħaqqu jew ma kienx ħaqqu jirbaħ abbażi tad-dehra u l-personalità, din id-darba d-diskussjoni kienet jekk Ruglio kellhiex tirbaħ abbażi tan-nazzjonalità tagħha.

Ruglio hija mill-Venezwela, u kif spjegat hija stess fil-filmat promozzjonali tal-konkors, ġiet tgħix Malta tliet snin ilu, fid-dawl tal-inkwiet li nqala’ f’pajjiżha. Qalet li meta ġiet f’Malta kellha titgħallem l-Ingliż mill-bidu.

Crowning Moment #MissUniverseMalta2019

Re-watch the crowning moment of #MissUniverseMalta2019 Teresa Ruglio live on TVM#missuniverse #confidentlybeautiful

Gepostet von Miss Universe Malta am Samstag, 13. Juli 2019

Xi wħud esprimew il-fehma li Ruglio m’għandhiex tirrappreżenta lil Malta għax mhix Maltija. TVM iżda infurmat li Ruglio ma kinitx l-uniku kompetitriċi li ġejja minn pajjiż barrani, hekk kif kien hemm ukoll Miss Mosta mill-Albanija, Miss Imsida mill-Marokk, u Miss Senglea mill-Italja.

Wara l-kontroversja li nqalgħet, Ruglio tkellmet ma’ TVM, fejn qalet li r-regoli kienu ċari, u li kull min jgħix Malta għandu dritt jipparteċipa. Hija qalet li tħobb lil Malta, li huwa pajjiż li jagħti opportunità lil kulħadd, u tixtieq li tibqa’ tgħix hawn għal dejjem.

Stqarret li, waqt li tirrispetta l-opinjoni ta’ kulħadd, tippreferi tiffoka fuq il-kummenti pożittivi. Qalet li t-tfajliet l-oħra fil-kompetizzjoni aċċettawha u ferħulha, u allura staqsiet għalfejn il-membri tal-pubbliku m’għandhomx jagħmlu l-istess.

Segwi l-intervista ta’ Keith Demicoli ma’ Teresa Ruglio u l-organizzaturi:

Ara wkoll:

25 tfajla se jipparteċipaw fil-konkors Miss Universe Malta

Aħbarijiet Oħra
Kronaka

TVM jista’ jiżvela li t-testijiet tad-DNA fuq il-fdalijiet umani li kważi xahar ilu nstabu moħbija f’daħla f’sur tal-Belt huma ta’ Charlene Farrugia, it-tfajla ta’ 25 sena li kienet irrapportata nieqsa…

Kronaka

Tfajla ta’ 23 sena minn San Ġwann tinsab fil-periklu tal-mewt wara li kienet involuta f’inċident bi quad bike f’Għawdex. L-inċident seħħ għall-ħabta tat-15:00 fi Triq ir-Rabat, fin-Nadur meta tfajla ta’ 23…

Kronaka

Sewwieq ta’ mutur ġie rikoverat wara li kellu inċident f’ Triq il-Kosta għall-ħabta ta’ nofsinhar. Il-Pulizija qalet li r-raġel ta’ 42 sena mill-Ħamrun kien qed isuq mutur tal-għamla Yamaha meta…

Politika

Waqt li l-partiti politiċi ħadu l-pawża tas-sajf mid-diskorsi politiċi tal-Ħadd, baqa’ għaddej il-battibekk politiku dwar is-salarji tas-Segretarju Parlamentari bejn id-Deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi u l-Partit Laburista. Wara li l-gvern fi…

Aktar