Lokali
ARA: Kien jgħidilha li kull meta jtir kien jitla’ fuq is-sħab u dejjem isib ix-xemx

Erbat ijiem wara li Charlie Azzopardi, tilef ħajtu f’inċident bl-ajruplan, it-tliet uliedu qed iħejju biex jitilgħu l-Istati Uniti għall-funeral. Bintu, Lorna Agius stqarret ma’ TVM li missierha kellu passjoni għall-avvjazzjoni u l-annimali.

Miet jagħmel dak li jħobb. Kliem bint Charlie Azzopardi, li nhar il-Ġimgħa tilef ħajtu f’inċident fatali b’ajruplan żgħir f’Texas l-Istati Uniti.

Lorna Agius qalet lil TVM li l-avjazzjoni kienet waħda mill-passjonijiet ta’ missierha, li nibdet meta emigra min-Naxxar lejn il-belt ta’ Amarillo f’Texas fl-1975. Bid-dmugħ f’għajnejha, Lorna ftakret f’dak li kien jgħid missierha, li kull meta jitla’ fuq l-ajruplan, jitla’ fuq is-sħab u dejjem isib ix-xemx.

Qalet li missierha kien iħobb ħafna l-ħajja u kien kuraġġuż u kien iħobb ħafna l-annimali li f’Texas u kien irabbi saħansitra iljuni, tigri u kangaroos.

Lorna rrakkontat li binha, li jgħix l-Istati Uniti. ta l-aħbar tal-mewt ta’ missierha. Minkejja li kien jgħix kilometri ‘l bogħod minn uliedu huwa kien qrib ħafna tagħhom u kien jiġi Malta darbtejn fis-sena. Bintu qalet li minn dejjem xtaq li t-tliet uliedu jingħaqqdu miegħu fl-Istati Uniti u baqa’ sal-aħħar iħajjarhom jagħmlu dan.

Qalet li hi u ħutha se jitilgħu l-Istati Uniti biex isellmu lil missierhom għall-aħħar darba.

Fl-inċident mietet ukoll mart Charlie Azzopardi, Paula li kienet passiġiera miegħu fuq l-ajruplan tat-tip Cessna C421.

L-inċident seħħ f’Roberts County bl-investigaturi Amerikani qalu li r-raġunijiet li wasslu għat-tiġrif tal-ajruplan Cessna għadhom qed jiġu investigati.

Aħbarijiet Oħra
Politika

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia akkuża lill-Gvern li tilef ir-ruħ soċjali tiegħu, u li qed itellef lil pajjiż mill-fibra morali, tant li fi kliemu sar pajjiż li fih xi ħadd…

Politika

Il-Prim Ministru u l-Mexxej tal-Partit Laburista, Joseph Muscat, qal li issa huwa ż-żmien biex ikun hemm diskussjoni serja dwar l-integrazzjoni biex kulħadd iħossu ugwali. Dr Muscat qal li dan huwa…

Kultura

Festival ta’ films kontemporanji Taljani se jkun organizzat bejn għada u l-Ħadd li ġej mill-Istitut Taljan tal-Kultura b’kollaborazzjoni ma’ Spazju Kreattiv u l-Programm għall-Istudji tal-Film tal-Università ta’ Malta. Cinema Italia…

Saħħa

Il-kumpanija tal-Gvern Malta Air Travel ippubblikat sejħa għall-proposti biex jinstab operatur għas-servizz tal-ajru bejn Għawdex u Malta. Fi stqarrija konġunta bejn il-Ministeru tat-Turiżmu u l-Ministeru għal Għawdex intqal li l-ħelikopter…

Aktar