Kisbiet
ARA: Kienet fost l-ewwel membri nisa tal-Parlament Malti

Għandha 93 sena, u kienet fost l-ewwel nisa li servew bħala deputati fil-Parlament. Ann Agius Ferrante, li kienet bint l-ex avukat ġenerali Philip Pullicino, tirrakkonta mumenti ħelwin kemm mal-ex Prim Ministru Dom Mintoff u mal-ex President Agatha Barbara.

Ann Agius Ferrante hija fost l-ewwel nisa eletti fil-Parlament u l-ewwel mara eletta f’isem il-Partit Nazzjonalista. Għalkemm tgħix f’Casa Arkati għadha żżomm il-personalità tagħha: b’xagħar issettjat, dwiefer puliti u lbies elegant.

Ann Agius Ferrante għadha żżomm ruħha aġġornata ma’ dak li jiġri, anke jekk ‘il boghod mill-ħajja pubblika. Is-sinjura Agius Ferrante kienet ikkontestat tliet elezzjonijiet u ġiet eletta fl-1980 f’elezzjonijiet każwali wara l-mewt l-ex Prim Ministru Ġorġ Borg Olivier.

Ann Agius Ferrante tgħid li kien missierha, l-ex avukat ġenerali Philip Pullicino li ispiraha biex toħroġ għall-politika. Tgħid li tiftakar li fil-meetings ta’ dak iż-żmien kienet tagħmel id-diskorsi politiċi minn trakkijiet fil-pjazez u t-toroq tad-distrett.

Ann qalet li minħabba li ommha kienet Ingliża, kienet titkellem ħafna bl-Ingliż, imma kienet stinkat biex titkellem il-Malti u meta daħlet fil-parlament tirrakkonta mumenti ħelwin mal-ex Prim Ministru Dom Mintoff. “Meta ghamilt il-maiden speech, Dom Mintoff qasam il-kamra, ħadli b’idejja u biesni, għax qalli għamilt sforz li tkellimt b’Malti tajjeb.”

Ann tgħid li tiftakar sew lil Agatha Barbara, li minkejja l-karattru ftit goff tagħha, kienet tammiraha. “Agatha Barbara kienet ftit raffa, trabbiet f’atmosfera ta’ faqar kbir, kienet ftit bitter, però ma kinitx qalbha ħażina, u kienet intelliġenti.”

Illum Ann tqatta’ ħafna ħin taqra, u tgħid li tapprezza mmens lin-nies ta’ madwarha, fosthom lil dawk li jieħdu ħsiebha, u temmen li s-sigriet ta’ ħajja serena hi li tipprova tagħder u tħenn. “Irringrazzja lill-bambin u għin lil xi ħadd ieħor, hu d-dover tiegħek li tgħin lill-oħrajn.”

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Inqas minn tliet xhur wara li ġie fi tmiemu s-Sinodu tal-Isqfijiet dwar iż-Żgħażagħ, eluf ta’ żgħażagħ qed jinġabru fil-Panama għall-Jum Dinji taż-Żgħażagħ. Il-Papa Franġisku jasal il-Panama għada bil-qofol taċ-ċelebrazzjonijiet jintlaħqu…

Ikel

Fl-isfond tal-kontroversja li bdiet wara s-servizz tal-aħbarijiet ta’ TVM mal-Imam Mohammad Elsadi, dwar il-qtil tal-annimali bir-ritwal Musulman, komplejna nsegwu l-kwistjoni. Mhux eskluż li l-qtil tal-annimal bis-sistema tal-halal, għalkemm mhux isir…

Trasport

Is-sidien tal-pompi tal-petrol bdew b’azzjonijiet industrijali minħabba nuqqas ta’ ftehim mal-Gvern dwar it-talba għal żidiet fil-qligħ tagħhom. L-azzjoni ewlenija hi li l-pompi mhux se joffru s-servizz mill-magni awtomatiċi wara s-sitta…

Familja

Matul is-sena li għaddiet kien hemm xejn inqas minn 1,303 koppji li żżewġu fuq cruise liner li jtajjar il-bandiera Maltija. Din l-informazzjoni ngħatat fil-Parlament mill-Prim Ministru Joseph Muscat għall-mistoqsija tad-Deputat…

Aktar