Sport
ARA: “Kienu deċiżjonijiet inevitabbli” – L-eks President tal-MFA

24 siegħa wara li l-Kunsill tal-MFA iddeċieda li jikkonferma lil Floriana FC bħala Champions tal-BOV Premier League 2019/20, l-eks President tal-MFA Norman Darmanin Demajo stqarr li “ħafna mid-deċiżjonijiet kienu inevitabbli”.

Waqt il-programm Rasimbras, li se jixxandar illejla fuq TVM, is-Sur Darmanin Demajo qal li meta jikkunsidra l-inċertezza dwar is-sitwazzjoni tal-coronavirus huwa jaqbel mad-deċizjoni li l-kampjonati kellhom jieqfu kollha. Qal li ċ-ċirkostanzi huma straordinarji u għandhom iwasslu għal tibdil fir-regolamenti biex darb’oħra jkun aktar ċar x’għandu jsir f’każi bħal dawn.

Dwar l-assenjazzjoni tal-kampjonati lil kull min kien f’ras il-klassifika tad-diviżjonijiet rispettivi kif ukoll dwar id-deċiżjoni li l-ebda tim ma jiġi relegat, is-Sur Darmanin Demajo qal li hu jaqbel mal-MFA li bid-deċiżjonijiet li ħadet “ippruvat tweġġa’ l-inqas nies fid-diviżjonijiet kollha.”

Fl-istess ħin esprima nuqqas ta’ qbil mal-alternattiva li l-kampjonat jiġi dikjarat null, kif kien hemm min ippropona. Huwa qal li b’hekk ma kien se jirbaħ ħadd.

Is-Sur Darmanin Demajo qal ukoll li kieku hu għadu President tal-MFA ma kienx jastjeni fil-votazzjonijiet tal-bieraħ.

L-intervista sħiħa tixxandar f’Rasimbras illejla fis-7.25pm fuq Television Malta.

Aħbarijiet Oħra
Qorti

Darryl Luke Borg ta’ 34 sena ġie kkundannat għal disa’ xhur ħabs wara li nstab ħati li nġurja lil ommu, kiser ordni ta’ protezzjoni mposta mill-Qorti sabiex ma jersaqx qrib…

COVID-19

Fl-aħħar 24 siegħa ħareġ każ ġdid ta’ Covid-19 f’Malta, wara li saru 809 swab test. Dan huwa każ lokali li feġġ fil-komunità, bil-persuna infettata li ma kellhiex sintomi. Il-Ministeru għas-Saħħa…

Qorti

Annise Bejaoui ta’ 31 sena ntbagħat tliet snin u sitt xhur ħabs filwaqt li tilef garanzija personali ta’ €10,000 wara li nstab ħati ta’ tentattiv ta’ serq kif ukoll bi ħsara volontarja…

Turiżmu

Malta ġiet ippremjata b’ Connoisseur Circle Hospitality Award bħala l-aqwa destinazzjoni kulturali din is-sena. It-tim tal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu fil-Ġermanja rċieva l-unur tal-Cultural Getaway of the Year 2020, bħala l-aħjar destinazzjoni…

Aktar