Barranin
ARA: Kienu qed igawdu l-baħar meta ppakkjaw bil-ġenn u telqu jiġru

F’Napli, f’bajja fiż-żona ta’ Varcaturo, minn imkien tfaċċa l-maltemp bi tromba tal-arja spiċċat għamlet ħerba sħiħa.

Dawk li kienu qed jirrilassaw u jgawdu l-baħar kellhom jippakkjaw u jitilqu jiġru mill-bajja hekk kif it-tromba tal-arja intensifikat u tajret ma’ kullimkien ir-ramel, id-deckchairs u l-umbrelel.

B’kollox indarbu 10 persuni li kellhom jittieħdu l-isptar għall-kura .

Fil-filmat, il-proprjetarju tal-lido jinstema’ qed iwissi lill-klijenti tiegħu bil-maltemp u jħeġġiġhom jidħlu għall-kenn fir-ristorant.

Huwa qal li l-lido ġarrab ħsarat estensivi.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

L-awtoritajiet Amerikani u Iranjani qablu li jeħilsu priġunier kull wieħed, fi ftehim li wassal biex ir-riċerkatur Ċiniż-Amerikan Xiyue Wang, li ilu arrestat fl-Iran tliet snin, u l-espert fl-istem cells Iranjan,…

Barranin

’Il fuq minn 100 qabar fi Franza ġie vvandalizzat bi tpiġija ta’ swastika fuqu; is-simbolu tan-Nażi. L-att vandalu seħħ iktar kmieni din il-ġimgħa f’Westhoffen; villaġġ viċin Strasburgu, fl-istess jum li…

Barranin

Raġel ġie kkundannat 30 sena ħabs, wara li nstab ħati li lura fl-2002, stupra u qatel tfajla fi Franza. It-tfajla, li kellha 24 sena, kienet taħdem bħala maniġer f’bank. Hi…

Aktar