Barranin
Ara kif adolexxenti salvaw tifel li waqa’ għal isfel fil-Kanada

Grupp ta’ adolexxenti fil-Kanada qed ikunu meqjusa eroj wara li salvaw tifel li kien imdendel għal isfel.

Il-każ seħħ l-Erbgħa li għadda fuq pista tal-iskiing fi Grouse Mountain, meta għal xi raġuni tifel ta’ 8 snin kien se jaqa’ minn ġoċ-chairlift.

Missieru ħatfu minn idejh u baqa’ jżommu għal diversi minuti, iżda ma setax itellgħu lura.

Adolexxenti li kienu qed jiskijjaw mill-ewwel ppruvaw jgħinu, u wara ftit ħsieb użaw dak li sabu għal idejhom biex jilqgħu lit-tifel. Iż-żgħażagħ qalgħu lqugħ u biċċa foam biex joħolqu xibka sigura li tilqa’ lit-tifel meta jaqa’.

Wara li kkonvinċew liċ-ċkejken biex jinża l-iskis u jitlaq idejh, dawn il-ġuvnotti laqgħuh daqs l-aqwa pumpiera. B’xorti tajba t-tifel ħareġ mill-inċident qawwi u sħiħ.

Il-kumpanija li topera l-pista tal-iskiing qalet li bħala ġest ta’ rikonoxximent kienet se tagħti lill-adolexxenti dħul b’xejn fil-pista għall-istaġun kollu.

B.C. teens rescue boy dangling from chairlift

A group of young skiers are being praised for their efforts to help save a boy dangling from a B.C. chairlift. READ MORE: https://bit.ly/2H8nCzE

Gepostet von Global News am Freitag, 1. März 2019

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Mill-inqas 8 persuni ndarbu wara li pakkett suspettat b’bomba sploda fiċ-ċentru tal-belt Franċiża ta’ Lyon. Lyon hi t-tielet l-ikbar belt fi Franza. Il-Pulizija ssiġillaw ix-xena tal-inċident u bħalissa fuq il-post…

Unjoni Ewropea

Wara li lbieraħ bdew jivvutaw l-Ingliżi u l-Olandiżi, illum kien imiss lill-Irlandiżi u ċ-Ċeki biex joħorġu jivvutaw biex jaħtru d-deputati Ewroparlamentari. Fir-Repubblika Ċeka l-votazzjoni maqsuma fuq jumejn bil-għan li t-turnout…

Barranin

Is-sajf fl-Italja mistenni jkun ikkaratterizzat minn temp estrem, b’perjodu ta’ nixfa u xita qalila. L-esperti tat-temp fl-Italja ltaqgħu dan l-aħħar f’Ruma u qed ibassru li l-istaġun sajfi se jkun kemmxejn…

Barranin

Raġel fl-Istati Uniti ġie arrestat wara li mara rrapportat lill-Pulizija li kien għaddiha biż-żmien u ħadilha $80,000. L-arrestat huwa John Martin Hill ta’ 35 sena, bil-mara tgħid li kienet iltaqgħet…

Aktar