Għawdex
ARA: Kif ħaduha n-nies li t-tfal ġibdu l-Arċipriet fil-karozza?

L-attività li t-tfal ġibdu l-Arċipriet taż-Żebbuġ Għawdex f’karozza qajmet reazzjonijiet varji b’uħud jaqblu u oħrajn le.

Nhar il-Ħadd li għadda l-Kanonku Ġwann Sultana ħa l-pussess tiegħu. Matul il-pussess l-Arċipriet kien riekeb karozza li ġiet miġbuda mit-tfal. Din tidher li hija drawwa Għawdxija li tmur lura għal għexieren ta’ snin. Madankollu din it-tradizzjoni hija prerogattiva tal-paroċċa jekk din issirx jew le.

TVAM mar il-Belt biex jara l-pubbliku x’jaħseb dwar l-attività.

Uħud qalu li ma hemm xejn ħażin u li t-tfal kienu qed jieħdu gost u li għat-tfal kienet logħba. Oħrajn iżda ma qablux totalment u qalu li mhux ġust u ma tagħmilx sens li t-tfal jiġbdu l-ħabel tal-karozza bl-Arċipriet fiha.

Inti x’taħseb dwar dan?

Ara wkoll:

ARA: Tfal jiġbdu l-Arċipriet il-ġdid biex jieħu l-pussess fiż-Żebbuġ

ARA: L-aktar pussess ta’ Arċipriet li spikka f’Għawdex

 

Aħbarijiet Oħra
Saħħa

Fir-residenza San Vincenz De Paule, beda x-xogħol fuq it-tieni fażi tal-kumpless Rużar Briffa li qed isir b’investiment ta’ disa’ miljun ewro. F’din il-fażi se jiġu rinnovati tliet iswali u l-foyer…

Stejjer Umani

Il-Kap Eżekuttiv ta’ San Vinċenz de Paul, Josianne Cutajar, qalet li wieħed minn kull għaxar anzjani fir-residenza ma jżurhom ħadd. Dr Cutajar qalet li s-soluzzjoni ma tinstabx fi żjara f’xi…

Festi

Dħalna sew issa fi żmien il-Milied. Fil-knejjes illum bdiet in-novena, il-postijiet tad-divertiment qed ikunu miżgħuda attivitajiet bejn il-ħbieb, u ċ-ċentri kummerċjali qed ikunu ppakkjati bin-nies jixtru ħwejjeġ għalihom u rigali….

Lokali

Tintemm uffiċjalment illejla s-sena li matulha l-belt kienet il-kapitali Ewropea tal-kultura bl-attività “L-Aħħar Festa” li tibqa’ sejra sa tard ħafna illejla. Valletta 2018 iżda se tibqa’ għaddejja permezz ta’ numru…

Aktar