Barranin
BIL-FILMAT: Ara kif il-Pulizija Amerikana waqqfet suspettat wara ġirja bil-karozzi

Il-Pulizija ta’ Oklahoma kienet kostrettta tidħol f’karozza biex twaqqaf sewwieq li kien qed isuq b’mod traskurat.

Filmat meħud mill-ajru juri karozza tal-Pulizija tiġri wara vettura ħamra li bdiet tgħaddi kontra d-direzzjoni minn fejn kien ġej it-traffiku.

F’ħin minnhom il-karozza tal-Pulizija tat daqqa lill-vettura li daret fuqha nnifisha qabel ħabtet ma’ oħra u waqfet fuq il-ħaxix mal-ġenb tat-triq.

Ir-raġel ħareġ u għolla jdejh hekk kif ra lill-pulizija jippuntaw l-armi lejh mbagħad tkaxkar mal-art sakemm għamel idejh wara daru u ġie arrestat.