Politika
ARA: Kif inhi r-rata tat-tilqim f’Malta? Dr Grech iwieġeb

Il-Kap tal-Oppożizzjoni u tal-Partit Nazzjonalista, Bernard Grech, illejla se jkun intervistat minn Glen Falzon fil-programm Insights. Se jkunu diskussi bosta temi kurrenti, fosthom jekk il-pajjiż għandux iżid ir-rata li biha qed jitlaqqmu n-nies għal kontra l-Covid-19.

Waqt l-intervista, Dr Grech esprima l-fehma li fil-pajjiżi Ewropej it-tilqima għadha mhux qed tingħata daqshekk malajr daqs kemm qed tingħata f’pajjiżi oħra. Qal li f’Malta lanqas konna le minn ta’ quddiem bħala rata, iżda issa jidher li qed tiżdied.

Insights jixxandar illejla fl-10.30pm fuq Television Malta.