Konsumatur
ARA: Kif intlaqtu l-konsumaturi u n-negozji wara l-hacking li sar fuq il-BOV?

Bis-cyber-attack fuq il-Bank of Valletta u s-sospensjoni tas-servizzi bankarji ppenalizzati negozji u klijenti. Lejliet ġurnata importanti għal ħafna stabbilimenti u ħwienet għax fiha jsir kummerċ sostanzjali, sidien ta’ ristoranti qalu li tilfu sa tletin fil-mija tan-negozju tagħhom.

Il-Bank of Valletta kien sfurzat jissospendi l-operazzjonijiet kollha tiegħu hekk kif sar magħruf li l-hackers kienu infiltraw is-sistemi tal-bank.

F’dan l-akbar u l-agħar cyber attack f’Malta, kien hemm effett immedjat fost oħrajn fuq in-negozji, il-kummerċ u t-transazzjonijiet tal-pubbliku fosthom ghax ma setgħux jiġbdu jew jiżbankaw flus mill-ATMS, jixtru u jħallsu b’cards tal-Bank of Valletta f’jum mistenni ta’ negozju minħabba x-xiri ta’ rigali għal San Valentinu.

Sidien ta’ ristoranti li tkellmu ma’ TVM qalu li tilfu anki sa tletin fil-mija tan-negozju tagħhom.

Il-President tal-GRTU Paul Abela qal li s-supermarkets u l-ħwienet xorta se jaċċettaw transazzjonijiet offline li jlaħħqu sa mija u għoxrin ewro.

”Bank of Valletta m’għandu l-ebda ħtija fiha, ovvjament… din hija xi ħaġa li tista tiġri lil kulħadd, aħna nappellaw biex kulħadd jikkopera… biss għandna informazzjoni li klijenti jistgħu jużaw il- cards, u supermarkets u ħwienet jistgħu jaċċettaw credit cards tal-BOV offline, li għandhom sa €120 li huma garantiti u dawk li għandhom mastercard jew visa jistgħu jużaw il-global payments, u tgħaddi mill-global payments.”

Il-Bank of Valletta qed jaħdem kontinwament biex jibda jagħti s-servizzi bankarji tiegħu malajr kemm jista’ jkun wara li jsiru l-verifiki neċessarji.

 

 

Aħbarijiet Oħra
Politika

Arnold Cassola rriżenja minn Alternattiva Demokratika minħabba dawk li fisser bħala “differenzi bejnu u l-Kumitat Eżekuttiv tal- Alternattiva” dwar l-abort. Il-kwistjoni qamet nhar il-Ġimgħa li għadda bil-Professur Cassola jirreaġixxi għal…

Qorti

Ingħata l-libertà proviżjorja ż-żagħżugħ Libjan kunsidrat li kien il-moħħ wara l-ħtif ta’ ajruplan li tniżżel Malta jumejn qabel il-Milied tal-2016. Soko Moussa Shaha Ali ilu miżmum arrestat il-ħabs minn dakinhar….

Politika

Il-Kap tal-Oppożizzjoni u tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia wiegħed li gvern nazzjonalista ser jara li Għawdex ikun meqjus bħala gżira reġjun fil-kostituzzjoni biex l-Għawdxin ikollhom il-poter jiddeċiedu fuq il-ħtiġijiet tagħhom. Huwa…

Aktar