Ambjent
ARA: Kif ittellgħu mal-200 tyre mill-Bajja tal-Fekruna

F’tindifa minn tliet għaqdiet mhux governattivi nġabru minn qiegħ il-baħar kważi 200 tyre, parti minn dgħajsa, ħames kontenituri tal-iskart, magna ta’ luzzu u għexieren ta’ flixkien vojta tal-ilma, fost oħrajn.

L-inizjattiva saret mill-għaqdiet Żibel, No to Plastic Malta u Raniero’s Adventures – Live Life bil-kollaborazzjoni tal-Awtorità għall-Ambjent u r-riżorsi.

Mat-80 voluntier is-Sibt filgħodu sebħu fil-Bajja tal-Fekruna mgħejuna minn dgħajsa ta’ operatur privat li għenhom itellgħu l-iskart mill-baħar.

Wara li tellgħu l-oġġetti mill-baħar, il-voluntiera naddfu l-oġġetti mir-ramel u reġgħu poġġew fil-baħar l-ispeċi ħajjin li nstabu fihom.

Din kienet il-ħames darba li saret din it-tindifa ta’ qiegħ il-baħar mill-għaqdiet mhux governattivi fl-aħħar xhur. B’kollox hu stmat li ttellgħu mas-seba tunnellati ta’ skart.

Aħbarijiet Oħra
Partit Nazzjonalista

Il-laqgħa tal-Grupp Parlamentari t-tieni waħda fi ftit jiem, qed tiżvolġi wara laqgħa mqanqla tal-Kumitat Eżekuttiv tal-Partit Nazzjonalista li ntemmet tard ilbieraħ billejl. Pierre Portelli stqarr li dak li ġara fil-laqgħa…

Partit Nazzjonalista

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia kien l-uniku wieħed barra Pierre Portelli li tkellem fi tmiem il-laqgħa tal-Eżekuttiv tal-Partit u stqarr li ser jagħmel proposti lill-Grupp Parlamentari għat-triq ‘il quddiem. Huwa…

Qorti

Taljan ta’ 44 sena li joqgħod San Pawl il-Baħar ġie mixli b’serq aggravat bi vjolenza fuq anzjan ta’ 77 sena. Il-każ seħħ fl-aħħar tax-xahar l-ieħor minn stabbiliment fi Triq il-Ħġejjeġ,…

Lokali

Il-President George Vella qal li għandu riservi serji dwar il-legalizzazzjoni tal-marijuana rikreattiva. F’konferenza tal-Fondazzjoni Oasi, il-President stqarr li l-kannabis tista’ tkun ta’ benefiċċju għal skop mediku, iżda appella għal kawtela…

Aktar