Konsumatur
ARA: Kif jaħsbuha l-Maltin dwar is-sales ta’ wara l-festi?

Kien hemm diversi li ħadu l-opportunità li jestendu l-vaganzi tal-ewwel tas-sena sal-aħħar tal-ġimgħa biex igawdu ftit jiem ta’ mistrieħ mal-għeżież tagħhom qabel ma jerġgħu jirritornaw lejn ir-rutina ta’ kuljum.

Il-Belt u tas-Sliema kienu miżgħuda b’nies u turisti, b’uħud minnhom bil-basktijiet tax-xiri f’idejhom iduru l-ħwienet għas-sales. Fl-aħħar snin saret drawwa li tal-ħwienet ma jistennewx is-sena tibda biex jraħħsu l-prezzijiet iżda jagħmlu hekk mill-għada tal-Milied. Għalhekk sibna li s-sales irrankaw ġmielhom, bi tnaqqis li varja bejn it-tletin u saħansitra s-sebgħin fil-mija.

Ħames ġimgħat biss minn Black Friday, in-nies jistennew is-sales ta’ bħalissa?

“Meta jkolli bżonn oġġett naqbad u nixtrih imma meta kien hemm il-Black Friday sibt okkażjoni u kelli bżonn oġġett għidt ha nixtrih hux għax kien b’discount.”

“Naħseb is-sales ta’ Novembru jaffettwaw il-Christmas shopping għax tmur tixtri qabel imbagħad toqgħod tħares.”

“Skont x’ikolli bżonn hux għax normalment nixtri qabel il-festi”

Ilment li spiss jinstema huwa dwar il-ġenwinita’ tas-sales f’Malta.

“Jien naħdem fir-retail jiġifieri nemmen li huma ġenwini għax we make sure li nkunu onesti fil-prezzijiet tagħna.”

“Jistgħu ikunu ġenwini u jistgħu ikunu le hux pero jsir sale ukoll.”

“It’s a gimmick ħafna minnhom narahom gimmick is-sales, during the year tant qed isiru discounts f’ċertu ħwienet tal-ħwejjeġ li meta jsir is-sale ikun l-istess discount li jkun sar matul is-sena.”

“Naf li xtrajt xi ħaġa jiena imbagħad ngħolli l-label and it was cheaper than i bought it.”

U x-xiri li jsir minn fuq l-internet kemm u bl-liema mod jaffettwa l-konsum?

“Dak ukoll jagħmel effett dak żdied ħafna imma jien għalija meta jagħmlu seventy percent ikunu fuq affarijiet ta’ qabel ma jkunux fuq tal-aħħar.”

Jibqa’ l-fatt li mitt bniedem, mitt fehma!

Aħbarijiet Oħra
Trasport

F’kummenti ma’ Television Malta l-Ministru għat-Trasport Ian Borg qal li wasal iż-żmien li ssir diskussjoni dwar trasport sostenibli fil-Belt Valletta. Dr Borg qal li fid-dawl taż-żieda fl-attività ekonomika, kulturali u…

Politika

Fil-jiem li ġejjin ser jiġi preżentat fil-Kabinett tal-Ministri abbozz ta’ liġi ġdid rigward il-koabitazzjoni. Dan ħabbru l-Ministru għall-Ġustizzja, l-Ugwaljanza u l-Governanza, Edward Zammit Lewis, li ltaqa’ għall-ewwel darba b’mod formali…

Annimali

Ġiet konfermata s-sentenza fil-konfront tal-kuntrattur Charles Polidano, li lliberatu minn inċident li seħħ fil-Park tal-Annimali f’Montekristo, fejn tifel ta’ ħames snin ġie attakkat minn tigra. Din is-sentenza ġie ikkonfermata mill-Qorti…

Aktar